Wednesday, March 18, 2026

Uffiċjal ewlieni tal-Istati Uniti kontra t-terroriżmu jirriżenja minħabba l-gwerra fl-Iran

Aqra wkoll

L-ogħla uffiċjal tal-amministrazzjoni Trump dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu rriżenja minħabba l-gwerra fl-Iran u ħeġġeġ lill-President Dnald Tump biex “ireġġa’ lura r-rotta”.

F’ittra ppubblikata fuq il-pjattaforma tal-midja soċjali X, id-Direttur taċ-Ċentru Nazzjonali Kontra t-Terroriżmu Joe Kent qal li l-Iran ma kien “l-ebda theddida imminenti” għall-Istati Uniti. 

Huwa sostna li l-amministrazzjoni “bdiet din il-gwerra minħabba pressjoni mill-Iżrael”. Kent, ta’ 45 sena, huwa veteran tal-forzi speċjali tal-Istati Uniti u tas-CIA.

Il-White House ċaħdet l-ittra fejn qalet li Trump kellu “evidenza konvinċenti” li l-Iran kien se jattakka lill-Istati Uniti l-ewwel.

Waqt li kien qed jitkellem nhar it-Tlieta, Trump qal li jaħseb li Kent kien “raġel tajjeb” iżda “dgħajjef fis-sigurtà”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport