Wednesday, January 15, 2025

Uffiċjal ieħor tal-pulizija investigat fuq suspett ta’ żvelar ta’ informazzjoni

Aqra wkoll

Il-Pulizija qed tinvestiga uffiċjal ieħor minn ħdanha stess suspettat li żvela infomazzjoni sensittiva tal-Korp. Minn dak li ġie rrapportat fil-midja, l-uffiċjal huwa Kurt Rizzo, iben l-eks Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo. 

Ingħad ukoll li Kurt Rizzo bħalissa huwa sospiż mid-doveri tiegħu fil-Korp u jinsab fuq police bail waqt li għaddejjin aktar investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ. Barra minn hekk, f’dawn l-aħħar huwa allegatament irriżulta pożittiv għall-kokaina.

Dan kien it-tieni każ ta’ fejn uffiċjal tal-pulizija spiċċa investigat b’rabta ma’ allegat żvelar ta’ informazzjoni lil terzi. F’Novembru li għadda kienet tressqet il-Qorti s-Surġent Cherise Camilleri ta’ 28 sena minn Ħal Qormi mixlija b’akkużi wkoll li għaddiet informazzjoni sensittiva. 

Ftit jiem wara tressaq ukoll il-Qorti Ruud Buhagiar ta’ 30 sena mixli li xaħħam lill-istess Camilleri biex tgħaddilu l-informazzjoni dwar rejds li kellhom isiru mill-Pulizija. 

Camilleri u Buhagiar kienu ċaħdu fil-Qorti l-akkużi kontrihom, bil-każ tagħhom qed jinstema’ wara bibien magħluqa. 

Sport