Sunday, November 3, 2024

Uffiċjal korrettiv aggredit minn priġunier

Aqra wkoll

It-Taqsima tal-Forzi Dixxiplinati Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infurzar tal-liġi fi ħdan il-GWU qiegħda tesprimi s-solidarjetà u l-appoġġ tagħha mal-uffiċjal korrettiv aggredit waqt il-qadi ta’ dmirijietu.

Dan hekk kif aktar kmieni llum uffiċjal Korrettiv sofra xi feriti meta ġie aggredit waqt il-qadi ta’ dmirijietu minn priġunier.

Dwar dan ir-reat sar rapport l-għassa tal-Pulizija u l-każ qed jiġi investigat mill-awtoritajiet.

Il-membri tal-kumitat tal-unjin diġà offrew l-assistenza kollha meħtieġa lill-uffiċjal involut f’din l-aggressjoni.

Sport