Sunday, December 22, 2024

Uffiċjal tal-Armata Amerikan arrestat fir-Russja akkużat b’serq

Aqra wkoll

Qed ikun irrapportat li suldat tal-Armata Amerikana stazzjonat fil-Korea t’Isfel ġie arrestat fir-Russja. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Russu qal li l-akkużi ma kinux relatati ma’ “politika jew spjunaġġ” iżda ma’ “kriminalità purament domestika”.

Skont l-istess rapporti, Staff Sgt. Gordon Black jinsab akkużat li seraq minn fuq mara. Hu ma kienx fuq vjaġġ uffiċjali meta nżamm fit-2 ta’ Mejju fil-belt ta’ Vladivostok.
Skont il-midja Russa, is-Sgt Black kien qed iżur mara li magħha kellu relazzjoni romantika.Il-kelliem tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali John Kirby qal lill-ġurnalisti li l-Istati Uniti hija “konxja minn dan il-każ u materji oħra relatati mar-Russja”.
Fil-laqgħa tal-White House nhar it-Tnejn, is-Sur Kirby qal ukoll li ma setax jipprovdi aktar dettalji dwar il-każ.

Ekonomija

Sport