Sunday, December 29, 2024

Uffiċjal tal-European Leagues iżur Malta

Aqra wkoll

Id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-European Leagues, Alberto Colombo, żar Malta fejn ġie aġġornat dwar in-negozjati bejn il-Malta Premier League (MPL) u l-Malta Football Association (MFA) li għandhom iwasslu ghall-ħolqien ta’ kampjonat ġdid f’Malta. 

Iż-żewġ naħat jaqblu li t-taħditiet mexjin fid-direzzjoni t-tajba u skont l-iskeda miftiehma. 

Is-Sur Colombo indirizza laqgħa tal-MPL li matulha aġġorna lill-klabbs dwar l-istat tal-football Ewropew u n-negozjati li għaddejin mal-UEFA fuq il-mudell tat- tqassim ta’ dħul u l-iskema ta’ solidarjetà għac-ċiklu tal-kompetizzjonijiet tal- klabbs għal wara l-2024.

“Il-European Leagues u l-membri tagħha huma lesti li jgħinu b’mod sħiħ fil- proċess biex il-Malta Premier League tingħata r-rikonoxximent istituzzjonali bħala l-organizattur tal-kampjonat Malti, pass li għandu jkun strumentali għas- suċċess tal-iżvilupp sportiv u kummerċjali tal-klabbs fil-futur qrib”, qal is-Sur Colombo. 

Minn naħa tiegħu c-Chairman tal-MPL, Joseph Muscat irringrazzja lil European Leagues għall-assistenza li qed toffri lill-MPL. “Ninsabu kommessi li nużaw ir- riżorsi kollha għad-dispozizzjoni tagħna biex nipprovdu lill-partitarji kompetizzjoni iktar kompetittiva u eċitanti”, qal Dr Muscat. 

Matul iz-żjara tiegħu, is-Sur Colombo iltaqa wkoll mal-President tal-MFA, Bjorn Vassallo. 

Ekonomija

Sport