Uffiċjal għoli tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Ġppun (JFA) ingħata sentenza sospiża ta’ 18-il xahar ħabs fi Franza wara li nqabad iħares lejn ritratti li juru abbuż sesswali fuq it-tfal, waqt li kien qed jivvjaġġa fuq ajruplan tal-Air France.
Id-direttur tekniku Masanaga Kageyama ġie arrestat il-ġimgħa li għaddiet waqt waqfa fl-ajruport Charles de Gaulle f’Pariġi, skont rapporti fil-gazzetta Franċiża Le Parisien, li rrappurtat ukoll li aktar tard Kageyama ammetta li ra r-ritratti u li ma kienx jaf li stampi ta abbuż ta’ tfal kienu llegali fi Franza.
Huwa mifhum li Kageyama kien qed jivvaġġja għat-Tazza tad-Dinja ta’ taħt l-20 sena fiċ-Ċlì. Il-JFA qalet nhar it-Tlieta li l-kuntratt tiegħu ġie terminat b’effett immedjat, u żiedet tgħid li l-inċident kien “inaċċettabbli għad-dinja tal-futbol”.
L-uffiċċju tal-prosekutur tal-qorti qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet AFP li l-ekwipaġġ tat-titjira kien qajjem l-allarm wara li lemħu lil Kageyama jħares lejn stampi pornografiċi fuq l-ajruplan.
Huwa kien qed juża l-laptop tiegħu f’kabina ‘Business Class’ ta’ titjira tal-Air France, u meta ġie kkonfrontat huwa sostna li r-ritratti kienu “arti” u ġġenerati mill-AI, irrapporta Le Parisien.
Nhar it-Tnejn, il-qorti kkundannat lir-raġel ta’ 58 sena għal sentenza ta’ ħabs sospiża u multa ta’ 5,000 ewro flimkien ma’ projbizzjoni ta’ 10 snin milli jaħdem ma’ minorenni jew milli jirritorna lejn Franza.
Fi stqarrija nhar it-Tlieta, il-JFA skużat ruħha għall-“inkwiet” li kkawża l-inċident.
Kageyama huwa eks plejer tal-futbol professjonali li rtira fl-1996 qabel ma sar membru tal-istaff ta’ timijiet tal-futbol Ġppuniżi. Huwa għamel ukoll perjodi twal imexxi timijiet f’Makaw u f’Singapor.