Saturday, November 23, 2024

Uffiċjal tal-Komunità fost dawk li taw l-ewwel għajnuna lill-pustiera vittma f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

L-Uffiċjal tal-Komunità Jesmond Mizzi huwa wieħed minn dawk il-persuni li taw l-ewwel għajnuna lill-pustiera vittma ta’ inċident tat-traffiku jumejn ilu u li eventwalment tilfet ħajjitha l-isptar kawża tal-ġieħi li ġarrbet fl-inċident.

“Ftit jirrealizzaw li dawk in-nies li jkunu assistew b’xi mod jew ieħor f’inċidenti simili jkunu għaddew minn trawma u dan għall-fatt li x-xena li jkunu raw quddiem għajnejhom ma’ tkunx waħda komuni”. Dan qalulna s-Segretarju tat-Taqsima Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u Infurzar tal-Liġi Theo Vella li qalilna li kien f’kuntatt mal-Uffiċjal tal-Komunità inkwistjoni. Vella qalilna li meta jitkellem ma’ ħaddiema li jkunu missew ma’ xeni simili, il-persuna li tkun provat tgħin b’xi mod tħossha xi ftit jew wisq konfuża għax tkun xtaqet għamlet aktar u tkun limitata fl-għajnuna li setgħet tagħti.

Is-Segretarju tat-Taqsima Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u Infurzar tal-Liġi Theo Vella

F’dan il-każ partikolari Vella qalilna li tkellem fit-tul mal-Uffiċjal tal-Komunità Mizzi u peress li l-Uffiċjal Mizzi huwa membru fi ħdan il-GWU ġie offrut servizz ta’ psikologu sabiex tgħinu jindirizza l-aspett psikoloġiku f’każ li jħoss il-bżonn. Dawn is-sitwazzjonijiet jistgħu iwasslu għall-problemi ta’ saħħa mentali u meta ħaddiem jiffaċċja xeni simili m’għandniex neħduha qisu xejn mhu xejn saħaq Vella. Il-GWU bdiet toffri dan is-servizz lill-membri tagħha fl-aħħar xhur u dan anke f’kuntest li lunjin għandha policy f’dan ir-rigward.

Il-Pulizija fil-post fejn seħħ l-inċident li ħalla pustiera ta’ 19-il sena bla ħajja

Sport