Uffiċjal tal-LESA, mara ta’ 48 sena weġġgħet gravi wara li għall-ħabta tat-8.15am kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq D’Argens l-Imsida.
Il-Pulizija fi stqarrija qalu li hekk kif ġew informati b’dan l-inċident marru mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħ impatt bejn mutur tas-servizz tal-LESA misjuq minn Uffiċjal tal-LESA, mara ta’ 48 sena u Opel Astra misjuqa minn raġel mill-Italja ta’ 58 sena.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall- kura u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.