Saturday, November 23, 2024

Uffiċjali tad-Dwana jaqbdu aktar minn €19,000 fi flus kontanti mhux dikjarati

Aqra wkoll

Uffiċjali tad-Dwana mit-Taqsima ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus qabdu aktar minn €19,000 fi flus kontanti mhux dikjarati waqt proċeduri ta’ screening fuq passiġġieri.

Raġel ta’ nazzjonalità Rumena kien qed jirkeb il-katamarann lejn Sqailla meta ntalab jekk kellux xi ħaġa x’jiddikjara mill-uffiċjali tad-Dwana. Huwa rrisponda fin-negattiva, madankollu wara aktar spezzjonijiet instab li kien qed iġorr fuqu €19,235.

Aktar kmieni din il-ġimgħa l-uffiċjali tad-Dwana kienu interċettaw €11,340 fuq raġel ta’ nazzjonalità Iżraelita li kien wasal Malta minn Sqallija u li naqas li jiddikjara l-flus.

Fi żmien ftit jiem id-Dwana qabdet is-somma ta’ €47,985 fi flus kontanti mhux dikjarati matul ix-xahar ta’ Diċembru.

Mill-bidu tas-sena t-tim ta’ kontra l-ħasil tal-flus fi ħdan id-Dwana, flimkien mat-taqsima tal-klieb, interċettat total ta’ €643,772 f’39 każ separat.

Sport