Marokkin tressaq il-Qorti wara li uffiċjali tad-Dwana stazzjonati l-ajruport sabulu mal-1.7 klogrammi kannabis fil-bagalja tiegħu.
Ameur El Hichami ta’ 43 sena kien mixli b’assoċjazzjoni bi skop ta’ importazzjoni u traffikar tad-droga kif ukoll bil-pussess tal-kannabis liema droga nstabet f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.
Huwa kien arrestat l-Erbgħa mal-wasla tiegħu b’titjira minn Sevilja. Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu u nżamm arrestat.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Marshal Mallia mentri għall-imputat deher l-Avukat Joseph P. Bonnici.