Wednesday, August 20, 2025

Uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili f’Malta s’issa ħadmu aktar minn 60 siegħa fil-Portugal

Aqra wkoll

Hekk kif f’Vale de Cerdeira fil-Protugall hemm nirien kbar li qegħdin ipoġġi s-sigurtà tal-inħawi taħt pressjoni kbira, uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili f’Malta marru fil-pajjiż biex jgħinu fit-tifi tan-nirien.

Il-Protezzjoni Ċivili Maltija permezz ta’ post fuq il-midja soċjali qalu li s’issa ħadmu aktar minn 60 siegħa mal-kollegi tagħhom ta’ Força Especial de Proteção Civil.

“Id-dedikazzjoni u l-koperazzjoni li hawn f’dawn il-kundizzjonijiet ta’ sfidi kbar jiriflettu s-solidarjetà li hemm bejn l-Ewropej biex iċ-ċittadini u l-ambjent jiġi protett,” qalu tas-CPD f’Malta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport