Monday, October 14, 2024

Uffiċjali tal-Pulizija deskritti bħala eroj wara li salvaw koppja minn karozza taqbad fir-Rabat

Aqra wkoll

Koppja li sabu ruħhom f’diffiklutà meta l-karozza li kienu fiha ħadet in-nar, sabu żewġ uffiċjali tal-pulizija li salvawhom.

Iben il-koppja f’messaġġ li bgħat lill-pulizija ddeskriva lill-Pulizija ta’ Malta bħala eroj.

Dan wara li l-Uffiċjali PS 1300 J. Fenech u PC 811 K. Bugeja, assistew u salvaw lil din il-koppja, fi ftit ħin malli seħħ l-inċident.

It-tifel irringrazzja lil dawn l-uffiċjali fejn sostna li l-ħidma tagħhom kienet ferm apprezzata.

Temm jgħid li ommu u missieru ttieħdu fil-Policlinic, u issa jinsabu d-dar, b’saħħithom.

Sport