Monday, November 11, 2024

Uffiċjali tal-puliżija maqtula f’attakk b’bomba fl-Iraq

Aqra wkoll

Mill-inqas seba’ uffiċjali tal-pulizija nqatlu f’attakk b’bombi u armi tan-nar fit-Tramuntana tal-Iraq.

L-attakk seħħ qrib il-belt ta’ Kirkuk, madwar 293km mill-kapitali Bagdad.

L-ebda grupp ma qal li kien wara l-qtil, iżda uffiċjali tefgħu t-tort lill-grupp tal-Istat Iżlamiku.

Dan huwa t-tieni attakk b’bomba, hekk kif nhar l-Erbgħa, bomba maġenb it-triq qatlet tliet suldati Iraqini qrib Bagdad. Il-grupp tal-Istat Islamiċi qalu li kienu huma li poġġew l-bomba.

L-attakk tal-Ħadd beda bi splużjoni ta’ bomba fil-mira ta’ trakk li kien qed iġorr il-pulizija qrib ir-raħal ta’ Chalal al-Matar.

L-isplużjoni kienet segwita minn “attakk dirett b’armi żgħar”.

Sport