Is-Sibt, 15 ta’ April, minn nofsinhar ‘il quddiem, il-kumitat ġdid tal-Malta Drifting Association, qed jorganizza l-ewwel rawnd tal-Kane Motorsport Malta National Drifting Championship fit-trakka tal-kwart ta’ mil f’Ħal Far, bil-kortesija tal-Malta Drag Racing Association.
Il-Kampjonat Nazzjonali tad-Drifting huwa kompetizzjoni ta’ livell għoli li se turi wħud mill-aqwa sewwieqa f’Malta jikkompetu f’diversi klassijiet. Id-drifting, b’mod ġenerali, u waqt l-ewwel rawnd kompetittiv ta’ kampjonat nazzjonali, mistenni joffri ħiliet u veloċità inkredibbli hekk kif is-sewwieqa jsuqu il-karozzi tagħhom sal-limitu u jduru laġenba madwar il-kantunieri bi preċiżjoni u kontroll assolut tal-vettura.
L-avveniment huwa miftuħ għall-ispettaturi u għandu joffri esperjenza pjaċevoli lill-membri kollha tal-familja.