Tuesday, May 14, 2024

Uħud minn dawk li ġabu l-interess ta’ ħaddieħor qabel tagħhom matul il-pandemija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dan is-sit għamel perjodu ta’ ġimgħat sħaħ li fih wassal lilkom il-qarrejja messaġġi u appelli mingħand dawn il-ħaddiema.

Is-sabiħ tal-messaġġi tagħhom kien li dawn il-persuni lil hinn mir-riskju tagħhom li jiġu infettati bil-virus minħabba kuntatt kontinwu man-nies li ma setax jiġi evitat, kien jappellaw biex il-pubbliku jħares il-miżuri biex tonqos il-firxa tal-infezzjoni fil-komunità.

Fost diversi ħaddiema oħra dan is-sit qasam magħkom il-ħsibijiet ta’ tobba, infermiera, Pulizija, ħaddiema fil-Wasteserv, ħaddiema li jaħdmu f’kumpaniji tat-tindif li kienu kruċjali matul il-pandemija, Membri tal-Protezzjoni Ċivili, Suldati, xufiera, u lista ta’ persuni li pandemija u mhijiex baqgħu hemm biex jagħtuna s-servizz tagħhom u għalhekk tajjeb li nfakkruhom f’dan l-ewwel jum tas-sena.

Sport