Sunday, December 22, 2024

Ukren imfittex biex jiskonta sentenza fl-Italja jinżamm arrestat

Aqra wkoll

Ukren imfittex mill-awtoritajiet Taljani biex jiskonta sentenza b’rabta ma’ serq, inżamm taħt arrest preventiv wara li tressaq il-Qorti sabiex ikun estradit lejn dan il-pajjiż.

Petro Palamar ta’ 36 sena tressaq quddiem il-Maġistrat Joseph Gatt wara li ġie arrestat b’mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Italja.

Huwa ma tax il-kunsens tiegħu li jirritorna l-Italja sabiex jiskonta sentenza ta’ tliet snin ħabs, imposta fuqu u fuq ħamest irġiel oħra mill-Bulgarija u l-Georgia minn Qorti Kriminali f’Turin fl-2017, b’rabta ma’ serq minn żewġ appartamenti f’din il-belt.

Fost l-oġġetti misruqa kien hem djamanti, ġojjellerija u apparat elettroniku.

L-Avukat Noel Bianco deher għal Palamar fil-proċeduri għall-estradizzjoni tiegħu.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roderick Spiteri.

Ekonomija

1 kumment

  1. Il poplu Malti xeba jara din il hdura kontra il Partit Laburista.Il pulizija ghandha tiehu azzjoni kontra din il marmalja jew jaghmlu bhal ma kien ghamel il pn li lebda tip ta dimostrazzjoni ma tista sir fil Belt.
    .

Comments are closed.

Sport