Saturday, December 21, 2024

Ukren imut wara li sab ruħu f’diffikutajiet id-Dwejra

Aqra wkoll

Ir-raġel li sab ruħu f’diffikultajiet fil-bajja jgħum tad-Dwejra ġie ċċertifikat mejjet. Ir-raġel ġie dentifikat bħala Ukren ta’ 29 sena.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li kienu ntalbu l-għajnuna għall-ħabta tat-1.30pm.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn xi persuni li kienu fl-istess żona indikaw fejn l-aħħar li ntlemaħ ir-raġel fil-baħar. Minnufih intalbet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tal-Forzi Armati ta’ Malta li bdew bit-tfittxijiet.

Wara madwar tliet sigħat intlemaħ katavru fil-baħar fejn ittella’ u ddaħħal l-art fil-Port tal-Imġarr. Hemmhekk ġie kkonfermat li kien l-istess raġel.

Il-Maġistrat Dr Simone Grech LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Aktar kmieni: L-AFM qed jipprovaw itellgħu persuna mill-baħar fid-Dwejra Għawdex

Kien għall-ħabta tas-1.30pm meta l-pulziija ġew informati li fil-baħar tad-Dwejra f’Għawdex kien hemm persuna li kienet tidher li tinsab f’diffikultajiet.

Minnufih marru l-Forzi Armati ta’ Malta permezz ta’ partol boat u anke uffiċjali tal-Pulizija.

S’issa jidher li din il-persuna għadha fil-baħar. Persuni fuq il-post li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li l-operazzjoni hija waħda diffiċli ħafna minħabba l-kundizzjoni tal-baħar. Sorsi qrib l-uffiċjali tal-Pulizija qalu lil dan is-sit li l-Forzi Armati qegħdin jipprovaw jagħmlu dak kollu posibbli biex itellgħu lil persuna lura f’art, “iżda jekk mhux se jkun hemm ħelikopter allura se jkun ferm diffiċli.”

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Ekonomija

Sport