Thursday, December 26, 2024

Ukreni f’Obukhovychi użati bħala tarka umana mill-forzi Russi

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky, jattribwixxi s-sitwazzjoni li affaċċjat il-belt ta’ Borodyanka bħala waħda bil-wisq iżjed gravi minn dik ta’ Bucha. Dan hekk kif hemm evidenza turi li l-forzi Russi ħatfu lir-residenti Ukreni li sabu f’Obukhovychi — villaġġ li jinsab fil-Majjistral ta’ Kyiv fit-triq lejn il-Belarus — u fil-madwar, u użawhom bħala tarka umana. 

Ir-Russja, l-istess bħall-pożizzjoni li ħadet dwar l-atroċitajiet li wettqet f’partijiet differenti fl-Ukrajna, fosthom dawk li seħħew riċentament f’Bucha, kontinwament tibqa’ tiċħad li l-forzi Russi huma responsabbli għal dawn l-atroċitajiet.

Il-Ministru għad-Difiża Ingliża stqarr li l-forzi Russi issa “rtiraw għalkollox” mit-Tramuntana tal-Ukrajna għax marru lura l-Belarus u r-Russja. Huwa kompla jgħid li wħud mir-Russi se jkunu stazzjonati fil-Lvant sabiex jieħdu sehem fil-ġlied fir-reġjun ta’ Donbas. Però, dalgħodu l-Ministru għad-Difiża ddikjara illi probabbilment il-parti l-kbira ta’ din l-armata teħtieġ ġimgħa minn tal-inqas sabiex jibdew jiġu stazzjonati gruppi estensivi.

Ekonomija

Sport