MALTA………..7
ĠIBILTÁ………0
It-Tim Nazzjonali Malti ta’ taħt is-16-il sena fetaħ il-kampanja tiegħu fil-UEFA Development Tournament U16 b’rebħa impressjonanti ta’ 7-0 kontra Ġibiltà nhar l-Erbgħa wara nofsinhar, f’wirja mill-aqwa tal-kwalitajiet fl-attakk tagħhom.
Malta ħarġu tajjeb ħafna, u wara biss ħames minuti biex kisbu l-vantaġġ, meta azzjoni maħduma bizzilla wasslet biex Lukas Freddie Wright iffaċċja lill-gowlkiper Lucas Becerra Lopez, u ma żbaljax, billi tefa’ ġewwa.
Ġibiltà ppruvaw jirrispondu immedjatament wara, billi ħadmu azzjoni tajba fuq il-lemin, iżda l-goalkeeper Malti Noah Mulholland wettaq save eċċellenti.
Fl-20 minuta, azzjoni mill-aqwa fuq il-lemin wasslet biex il-ballun jintemm għand Nicholas Busuttil f’tarf tal-kaxxa, iżda x-xutt tiegħu ntemm ftit għoli.
Żewġ minuti biss wara, Malta rduppjaw l-iskor meta cross sabiħ mix-xellug ta’ Ayrem Aquilina sab lil Jayden Roe, li b’daqqa ta’ ras mill-isbaħ ma ħafirx. Ftit mumenti wara, l-iskor sar 3-0, dejjem favur pajjiżna, meta Kenzil Vella sab l-ispazju fil-kaxxa biex b’xamma kbira għall-goal tefa’ ġewwa.
Malta baqgħu fil-kontroll tal-logħba, u fit-38 minuta, azzjoni perfetta wasslet biex Roe jdur malajr f’tarf il-kaxxa, iżda x-xutt tiegħu bix-xellug ġie mdawwar f’corner. Mill-corner li rriżulta, intemm għand Roe, li b’xutt bid-dawra mill-isbaħ tefa’ l-ballun fix-xibka.
Fit-tieni taqsima, iż-żewġ naħat għamlu għadd ta’ sostituzzjonijiet, u ż-żewġ timijiet ippruvaw iżidu r-ritmu. Fil-50 minuta, il-goalkeeper sostitut Malti Deyan Gatt salva xutt ta’ player minn Ġibiltá bi bravura wara li ntefa’ minn tulu fl-art.
Malta ħadet il-kontroll tal-logħba mill-ġdid fit-tieni taqsima, billi kellha l-biċċa l-kbira tal-pussess filwaqt li żammet lil Ġibiltá magħluqa f’nofs il-ground. Gibiltá ħolqu l-periklu fis-67 minuta, meta xutt mill-isbaħ ta’ player tagħhom ġie salvat bi bravura minn Gatt.
Malta għamlithom 5-0 fil-71 minuta, meta pass eċċellenti minn Kayden Hili sab lil Matthew Higgans, li tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper ta’ Ġibiltá, Lucas Becerra Lopez. Dan imbagħad kien segwit minn goal ieħor, meta Higgans din id-darba rriżulta bħala l-assist man, billi għadda tajjeb lejn Wright, li x-xutt tiegħu ntemm fix-xibka.
Fid-89 minuta, Malta skorjat is-seba’ gowl tagħha, meta Cole Zerafa approfitta minn loose fil-kaxxa ta’ Ġibiltà, u spara l-ballun fis-saqaf tax-xibka.
B’riżultat ta’ dan, il-logħba spiċċat b’rebħa kbira ta’ 7-0 għal Malta, u b’hekk tathom spinta kbira qabel il-logħba li jmisshom kontra San Marino nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu fis-1.30 pm.
MALTA: 1 Noah Mulholland (12 Deyan Gatt, 46’), 3 Giorgio Cristauro (13 Liam Galea, 68’), 4 Nicholas Busuttil (11 Matthew Higgans, 46’), 5 Matteo Mangion, 8 Jayden Roe (C) (17 Cole Zerafa, 46’), W. Gatt, 46’), 15 Kaiden Grixti (14 Emerson Agius, 68’), 16 Luke Buttigieg (18 Sean Farrugia, 46’), 19 Kenzil Vella (7 Mateja Stevanovic, 46’), 20 Gianni Zerafa (6 Kayden Hili, 46’) Kowċ: Davide Mazzotta
ĠIBILTÁ: 13 Lucas Becerra Lopez, 3 Leon Martinez (8 Aaron Jay Cordon, 46’), 6 Kaion Michael Drakes (2Filipe Hill De Oliveira, 46’), 4 Julian Christopher Lima, 12 Matthew Sanchez (20 Jayron Shaun Birkett Hernandez, 46’), 15 Imran El Hana (19 Jaxsen Jay Ramirez Alman, 46’), 5 Ryan Junior Casciaro 7 John Ililine A1 (Ryan Pincho Rios, 62’), 17 Joshua Adalberto Villa Lopes (11 Robert Guiling, 62’), 9 Lucas Hill De Oliveira (16 Callum Douglas Gomez, 62’), 10 Liam Ryan Payas Kowċ: Ryan Casciaro
Referee: Rapjan Xhyra
Skorers: Lukas Freddie Wright 5, 78, Jayden Roe 22, 39, Kenzil Vella 28, Matthew Higgans 71, Cole Zerafa 89 (M)



