Sunday, December 22, 2024

Under 17 – It-Torok jaċċertaw fl-ewwel taqsima

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat  –  ritratt: MFA (Stephen Gatt)

Turkija ………6

Malta …………1

F’partita valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni għall- Kampjonat Ewropew ta’ Taħt is-17-il sena, it-team nazzjonali Tork kien wisq tajjeb għal dak Malti meta ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 6-1 meta sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien dak ta’ 3-0.

It-Torok għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari u wara kwarta fetħu l-iskor minn SEMIH KILICSOY li minn pożizzjoni ideali għeleb lil Dominic Vella.

Huma komplew fuq l-offensiva u fl-24 minuta resqu viċin li jirduppjaw meta Kilicsoy, wara li kkontrolla tajjeb, kellu xutt mill-viċin li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper Vella li salva bi bravura biex salva goal ċert.

It-Turkija komplew jiddominaw u fit-32 mnuta skor­jaw it-tieni goal permezz ta’ xutt angolat fil-baxx ta’ EMIRHAN ACAR li ma ta l-ebda ċans lil Vella jsalva bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.

Ħames minuti wara, l-avversarji tagħna għamluhom tlieta meta Acar għadda tajjeb lejn ARDA GULER li venven xutt minn tarf il-kaxxa li ma ħafirx.

Fit-42 minuta, huma kienu għoddhom skorjaw ir-raba’ goal meta Batuhan Celik dar tajjeb ma’ Vella, ikkontrolla tajjeb iżda kellu l-konklużjoni tiegħu mblukkata f’corner minn fuq il-linja fatali mill-captain Sven Xerri.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, it-Torok komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ u fis-57 minuta skorjaw ir-raba’ goal meta Muhammet Eret Ankan ipprovda l-assist lil ARDA GULER biex irreġistra doppjetta minn po­żizzjoni ideali.

Fis-66 minuta, il-Maltin għamlu reazzjoni u naqqsu l-marġni tal-iskor meta s-sostitut Kian Leonardi għadda tajjeb lejn ZAK BARBARA li kellu x-xutt tiegħu devjat għal ġewwa minn Hasan Berat Kayah.

Iżda, fit-78 minuta, kel­lhom ikunu t-Torok li reġgħu sabu x-xibka meta minn az­zjoni ta’ corner mogħti minn Arda Guler, SEMIH KILICSOY kien fil-post it-tajjeb u fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża minn taħt il-lasti tefa’ ġewwa, biex b’hekk bħal Arda Guler, irreġistra doppjetta personali.

Fil-ħin miżjud, EMIRHAN ACAR issiġilla r-rebħa għat-Torok b’xutt b’saħħtu mill-viċin.

TURKIJA: 23-Mert Furkan Bayram, 2-Ali Turap Bulbul, 3-Muhammet Eren Ankan (19-Can Yilmaz Uzun 65), 4-Efe Arda Koyuncu (14-Arda Kirgil 65), 5-Hasan Berat Kayali, 6-Furkan Yontem (20-Kenan Yildiz 46), 7-Emirhan Acar, 8-Emir Bars (18-Emirhan Kayar 65), 9-Semih Kilcsoy (17-Selim Can Sonmez 90), 10-Arda Guler, 11-Batuhan Celik   – Coach: Ovunc Soykan Basar

MALTA: 1-Dominic Conroy Marcus Vella, 3-Sven Xerri, 4-Ivin Farrugia (2-Andrew Apap Bologna 80), 5-Jayden Ekenna Ohaka (14-Myron Micallef 46), 6-Kian Vella (17-Josiah Mallia 80), 7-Lucas Caruana, 8-Kaiden Fenech (13-Timothy Cacha 68), 10-Ensell Attard, 11-Russell Caruana (18-Kian Leonardi 46), 15-Isaiah Chukunyere, 19-Zak Barbara   – Coach: Ivan Woods

REFEREE: Robertas Valikonis (Litwanja)

ASS. REFEREES: Edgaras Bucinskas (Litwanja), Martin Hofler (Awstrija)

RABA’ UFF: Christian-Petru Ciochirca (Awstrija)

SKORERS: S. Kilicsoy 15, 78, E. Acar 32, A. Guler 37, 57, E. Acar 91 (T), Z. Barbara 66 (M)

AMMONITI: E. A. Koyuncu, F. Yontem, A. T. Bulbul (T)

Ekonomija

Sport