It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena, immexxi minn Antonio Jose Mendes ‘Toze’, kompla jipprepara għall-Finali ta’ taħt id-19-il sena tal-UEFA EURO b’logħba ta’ Ħbiberija kontra l-Litwanja. Ta’ nota huwa l-fatt li l-Litweni lagħbu l-aħħar 15-il minuta bi plejer inqas wara t-tkeċċija tad-difensur Azuolas Indriulis.
Peressli l-partita din id-darba ma kinitx ippjanata waqt perjodu internazzjonali uffiċjali, Malta kellha ftit plejers neqsin li qed jilagħbu barra minn xtutna bħad-duo bbażati fl-Istati Uniti Braden Flannery u Tristan Viviani, Lucas Caruana (Sampdoria) u Alfie Bridgman ibbażat fir-Renju Unit, li ġeneralment ikunu kollha regolari fl-ewwel 11 ta’ Toze. Madankollu, Lucas Scicluna (Wolves) u d-duo ta’ Boavista Jake Micallef u Sean Gatt kienu disponibbli, bl-ewwel tnejn ikunu fil-formazzjoni inizjali. Beda wkoll l-eks plejer tal-Valletta Daniel Letherby, li llum il-ġurnata qed jilgħab fl-Istati Uniti, u l-winger Alex Spiteri tal-club min-Northern Premier League Loughborough Dynamo (Ingilterra).
Matul il-partita kollha, Malta wriet l-aħjar ideat, billi ddettat il-logħob għal medda twila ta’ ħin. Ivin Farrugia resaq viċin li jiftaħ l-iskor wara għaxar minuti logħob, meta rċieva l-ballun permezz ta’ free-kick ta’ Zak Barbara iżda t-tentattiv mill-viċin tad-difensur ta’ Pietà, spiċċa barra. Il-partita kompliet b’ritmu mgħaġġel bil-Litweni jkunu perikolużi biss minn set-pieces. Eżatt wara n-nofsiegħa logħob, Jake Vassallo għamel tajjeb li mblokka tentattiv ta’ Nidas Vosylius f’corner. Fis-37 minuta, Scicluna, din id-darba fi rwol avvanzat, ħoloq lilu nnifsu opportunità oħra ta’ gowl imma xxuttja għoli minn barra l-kaxxa.
Għaxar minuti wara l-mistrieħ, il-partita kellha titwaqqaf għal madwar tmien minuti hekk kif infetħu bwieb is-sema permezz ta’ xita qawwija. Meta reġgħet bdiet il-partita, Vosylius kellu tentattiv ieħor fuq il-lasta iżda x-xutt tiegħu ġie mdawwar f’corner, li kienet waħda mill-ftit opportunitajiet li kellha l-Litwanja waqt il-partita.
Meta kien għad fadal biss 15-il minuta għal tmiem il-partita, is-sostituti Sean Gatt u Shaisen Attard ikkombinaw tajjeb bid-difensur tal-Litwanja Indiulus jiġbed il-flokk ta’ Attard filwaqt li tkeċċa mir-referee Malti, Gerard-William Zammit Young. Madankollu, free-kick ta’ Attard spiċċa barra.
Żewġ minuti wara, Malta ħolqu l-aħjar ċans tagħhom fil-partita meta Attard interċetta l-build-up Litwen iżda kellu x-xutt tiegħu jintemm barra, bil-goalkeeper Vilius Sivickas biss biex jegħleb. Fil-ħin miżjud, Matteo Gambin krossja tajjeb mix-xellug lejn Bjorn Buhagiar li kien żmarkat, iżda l-midfielder Malti xeħet barra.
Iż-żewġ timijiet se jerġgħu jiltaqgħu nhar il-Ġimgħa l-Kbira fit-Training Grounds f’Ta’ Qali, bil-partita għal darb’oħra tibda fil-11am.
Malta: Luca Camilleri, Ivin Farrugia (Djaknu Abela 46), Jake Vassallo, Sven Xerri (Shaisen Attard 61), Matteo Gambin , Jake Micallef (Mattias Ellul 61), Daniel Letherby (Bjorn Buhagiar 74) Lucas Scicluna, Alex Spiteri, Zak Barbara (Jake). Grech 82), Nathan Cross (Sean Gatt 74) Kowċ: Antonio Jose Mendes ‘Toze’
Litwanja: Vilius Sivickas, Augustas Tamasevicius (Orlandas Jakas 56), Matas Latvys, Milanas Rutkovskis (Azuolas Indriulis 41), Nojus Audinis, Nidas Vosylius (Nedas Klimavicus 61), Martynas Setkus (Ignas Paulikas 61), Justas Pastukas (Klimavicus 61), Justas, Ernesto Baneviristo 61), Gudelevicius, Simas Civilka (Adrian Lickunas 61), Nojus Grudis Kowċ: Reinhold Breu
Referee: Gerard-William Zammit Young (Malta)