Friday, November 15, 2024

Under 19: Malta twettaq tpattija sportiva fuq l-Albanija

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena lagħab it-tieni partita ta’ ħbiberija tiegħu kontra l-Albanija, partita li ntlagħbet fil-Tony Bezzina Stadium. Nhar il-Ħamis li għadda, l-ewwel waħda ntlagħbet fil-Gozo Stadium, bl-Albaniżi jegħlbu lill-Maltin bl-iskor ta’ 2-0. Din id-darba iżda, Malta għelbet lill-viżitaturi bl-iskor ta’ 2-1 … rebħa mistħoqqa għall-Maltin, li ħadmu ħafna u wrew dixxiplina tattika kbira matul il-partita.

Meta mqabbel mal-ewwel partita, il-kowċ Antonio Jose Mendes ‘Toze’ għamel tliet bidliet fil-formazzjoni inizjali. Il-midfielder Bjorn Buhagiar, l-attakkant Nathan Cross u l-player ibbażat fl-Italja Lucas Caruana (Sampdoria) ħadu post Lucas Scicluna u d-duo ta’ Gzira Andrew u Brooklyn Borg.

Malta marru fil-vantaġġ kmieni fis-seba’ minuti meta free-kick ta’ Lucas Caruana minn fuq il-lemin tkompla għal ġewwa minn Alfie Bridgman mill-viċin. Għaxar minuti wara, Luca Camilleri għamel tajjeb biex salva tentattiv ta’ Adijat Seferi, l-ewwel opportunità ta’ goal tal-viżitaturi.

Fit-23 minuta fuq in-naħa l-oħra tal-pitch, bil-goalkeeper Albaniż Elliot Krasniqi biss biex jegħleb, Nathan Cross kien ċentimetri bogħod biex jikkonnettja għal through-pass, li seta’ faċilment kien it-tieni gowl ta’ Malta. Għalkemm l-Albaniżi kellhom ftit vantaġġ, it-tim Malti baqa’ kompost, madankollu, fit-42 minuta, xutt fil-baxx ta’ Gent Elezaj għamel l-iskor indaqs għall-Albaniżi.

Fit-80 minuta, Malta skorjat il-goal rebbieħ meta Xerri wara li rċieva minn corner ta’ Scicluna, għola tajjeb u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ gewwa biex irriżulta goal mill-isbaħ u rebħa mistħoqqa għall-Maltin.

Malta se tkompli tilgħab partiti ta’ ħbiberija kull xahar qabel jibda t-Tournament Finali f’Lulju.

Malta: Luca Camilleri, Braden Flannery, Jake Micallef, Jake Vassallo, Zven Xerri, Benjamin Hili (Matteo Gambin 59), Lucas Caruana (Zak Barbara 77), Bjorn Buhagiar (Andrew Borg 77), Tristan Viviani (Lucas Scicluna 66), Nathan Cross (Brooklyn Borg 77), Alfie Bridgman (Sean Gatt 59) Coach: Antonio Jose Mendes ‘Toze’

Albanija: Elliot Krasniqi, Arlind Kurti, Elton Fikaj, Ervin Bashi, Ardit Nuredini (Ermal Meta 77), Orgito Ruci (Endi Shulku 83), Erald Krasniqi (Skerdi Xhixho 61), Gent Elezaj (Franc Rabeta 83), Adijat Seferi (Ersi Zaganjori 61). ), Lorent Talla (Smail Kadrijaj 61), Samuele Kasa (Andi Gjoka 83) Coach: Armando Cungu

Referee: Ishmael Barbara (Malta)

Ekonomija

Sport