Tuesday, October 14, 2025

Under 21: Georgia wisq b’saħħithom għall-Maltin

Aqra wkoll

Malta ….………0

Georgia ………5

Minn Cristian Muscat

Malta baxxiet rasha għall-qawwa ta’ Georgia hekk kif sfat megħluba bl-iskor kbir ta’ 5-0.

Kienu l-Georgia li ħolqu l-ewwel periklu meta Diego Deisadze ttestja lill-goalkeeper Malti  James Sissons b’xutt minn ġoll-kaxxa wara biss minuta u żewġ minuti wara, il-goalkeeper Malti rnexxielu jdawwar f’corner freekick ta’ Tabatadze. Dan sabiex fil-ħames minuta, xutt angolat ta’ Kharebashvili ġie salvat minn Sissons

Sissons reġa’ salva lil pajjiżna fit-18-il minuta meta minn corner ta’ Tabatadze, Latsabidze kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin mblukkata mill-goalkeeper Malti, Sissons.

Georgia resqu qrib li jiftħu l-iskor fl-34 minuta b’xutt djagonali ta’ Kharebashvili mix-xellug, wara li rċieva tajjeb mingħand Tsulukidze, iżda l-ballun stampa mal-wieqfa qabel ma ġie kklerjat f’sigurtà minn difensur Malti.

Madankollu żewġ minuti wara, SABA KHAREBASHVILI ma kellux jiġi mċaħħad meta wara li rċieva mingħand Tsulukidze f’nofs il-ground, huwa avvanza tajjeb u bil-goalkeeper James Sissons barra minn postu, tefa’ ġewwa minn distanza ta’ madwar 25 metru.

Fit-43 minuta, Jake Azzopardi ttestja lill-goalkeeper ta’ Georgia, Mikheil Makatsaria b’xutt minn tarf il-kaxxa li salva tajjeb, iżda minuta biss wara, Georgia rduppjaw l-iskor meta NIKOLAJ DADIANI għeleb lil Sissons b’xutt tajjeb mid-distanzali ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Malti.

Fis-66 minuta, Basil Tuma għal Malta ma rnexxilux jagħmel kuntatt mal-ballun minn cross attraenti ta’ Keyon Ewurum mix-xellug.

Georgia għamlu l-iskor 4-0 fit-68 minuta. Dan meta GIORGI TABATADZE qabeż lil Jake Azzopardi u b’xutt sabiħ minn barra l-kaxxa, għeleb lill-goalkeeper James Sissons.

Fil-71 minuta, Georgia skorjaw ir-raba’ goal. Dan meta Tabatadze xeħet corner mix-xellug u ALEKSANDRE NARIMANIDZE b’daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ ġewwa.

Fit-80 minuta, is-sostitut ALEKO BASILADZE ssiġilla r-rebħa għal Georgia permezz tal-ħames goal, meta għeleb lill-goalkeeper Malti, Sissons, b’xutt angolat mix-xellug.

Huma komplew jamministraw il-vantaġġ komdu li kellhom sa tmiem il-partita.

MALTA: James Sissons, Finley Ging (Bjorn Buhagiar 46), Shaisen Attard (Daniel Letherby 71), Jake Grech (Nathan Cross 46), Kean Scicluna, Keyon Ewurum (Nicholas Agius 82), Andy Borg (Bjorn Buhagiar 92), Jake Micallef, Jake Azzopardi, Benjamin Hili, Basil Tuma  – Coach: Davide Mazzotta

GEORGIA:   Mikheil Makatsa­ria, Dato  Bukia (Jorge Karseladze 83), Aleksandre Narimanidze, Saba Kharebashvili, Luka Tsulukidze (Dachi Lordkipanidze 77), Irakli Yegoian, Diego Dei­sadze (Davit Gotsiridze 69), Luka Latsabidze, Guram Japaridze (Aleko Basiladze 77), Nikoloz Dadiani, Giorgi Tabatadze (Luca Parkadze 69)- Coach: Ramaz Svanadze

REFEREE: Johann Ingi Jonsson (Islanda)

ASS. REFEREES: Ragnar Thor Bender, Gylfi Mar Sigurdsson (Islanda)

RABA’ UFF: Helgi Mikael Jonasson (Islanda)

SKORERS: S. Kharebashvili 36, N. Dadiani 44, G. Tabatadze 68, A. Narimanidze 71, A Basiladze 80 (G)

AMMONITI: J. Grech, K. Eworum, B. Hili, A. Borg (M), A. Narimanidze, D. Deisadze (G)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport