Sunday, December 22, 2024

Under 21: Gilbert Agius isejjaħ skwadra ta’ 25 player għal kontra l-Andorra

Aqra wkoll

Il-coach nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena, Gilbert Agius, sejjaħ 25 player għall-partita internazzjonali ta’ ħbiberija kontra Andorra, fis-Centenary Stadium, fit-23 ta’ dan ix-xahar.

Fl-iskwadra rritorna d-difensur ta’ Floriana, Owen Spiteri, flimkien ma’ players ġodda fis-settur ta’ nofs il-ground, fosthom Jacob Crossey ta’ San Gwann u Xylon Portelli li wkoll jilgħab fiċ-Challenge League ma’ Zurrieq.

L-iskwadra tiddependi ħafna fuq numru żgħir ta’ players b’esperjenza bħal Karl Mohnani li jilgħab għal Melita, id-duo ta’ Floriana, Aleandro Garzia u Mattia Veselji, flimkien mal-attakkanti Jake Engerer (Sliema W.) u Andrea Zammit (Valletta), li kollha għandhom ċerta esperjenza wara numru konsiderevoli ta’ dehriet għal pajjiżhom f’dan il-livell.

L-iskwadra hija mistennija tibda bit-taħriġ nhar it-Tnejn, fejn il-coach Agius se jkollu l-possibbiltà li jivvaluta l-kundizzjoni fiżika u mentali tal-players tiegħu, filwaqt li jaħdem fuq ftit eżerċizzji u tattiċi.

Dan it-team se jibda ċiklu ġdid ta’ kompetizzjoni ta’ kwalifikazzjoni matul l-ewwel żewġ kwarti tas-sena d-dieħla 2023, liema dati għadhom iridu jiġu stabbiliti.

L-iskwadra msejħa hija:

Goalkeepers: Dylan Ciappara (Sta Lucia), Matthias Debono (Tarxien R.), Miguel Spiteri (San Gwann).

Difensuri: Isaac Cutajar (San ġwann), Zean Leonardi (Pietá H.), Sheldon Mizzi (Pietá H.), Karl Mohnani (Melita), Owen Spiteri (Floriana), James Vella (Sliema W.).

Midfielders: Nathan Agius (Mosta), Kurt Bondin (Zebbug Rangers), Kurt Briffa (Pietá H.), Jacob Crossey (San Ġwann), Nick Cutajar (Melita), Matthew Debattista (Melita), Aleandro Garzia (Floriana), Nikolai Micallef (Tarxien R.), Xylon Portelli (Zurrieq), Gianluca Sciberras (Mosta).

Attakkanti:  Jamie Carbone (Sta Lucia), Jake Engerer (Sliema W.), Dale Mifsud (Marsaxlokk), Matthew Mifsud (Hamrun S.), Mattia Veselji (Floriana), Andrea Zammit (Valletta).

Ekonomija

Sport