Il-coach nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena, Davide Mazzota, sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 27 player għall-ewwel logħba tar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew kontra l-Greċja, li se tintlagħab it-Tlieta, 9 ta’ Settembru, fis-Centenary Stadium, fis-7.00 pm.
Grupp F jinkludi wkoll lil Georgia, lill-Ġermanja, lil-Latvja u lill-Irlanda ta’ Fuq.
L-iskwadra msejħa hija:
Goalkeepers: Luca Camilleri (Zabbar SP), Karl Sargent (Gzira U.), Liam Frendo (Valletta), Jake Scicluna (Marsa)
Difensuri: Deacon Abela (Gzira U.), Nathan Cross (Birkirkara), Benjamin Hili (Balzan), Finley Ging (Boston U. – Ingilterra), Jake Micallef (Zabbar SP), Jake Vassallo (Mosta), Aiden Zammit (Hibernians), Sven Xerri (Hamrun S.)
Midfielders: Giuseppe Bonanno (Naxxar L.), Andy Borg (Gzira U.), Lucas Caruana (Hibernians), Antiago De Flavia (Floriana), Jake Grech (Balzan), Lucas Scicluna (Newcastle Jets – Awstralja)
Attakkanti: Nicholas Agius (Zabbar SP), Ensell Attard (Marsaxlokk), Shaisen Attard (Hamrun S.), Kian Leonardi (Swieqi U.), Alfie Bridgman (Larne FC – Irlanda ta’ Fuq), Sean Gatt (Sta Lucia), Joshua Pitts (Ipswich Town – Ingilterra), Trezeguet Zammit (Sirens), Basil Tuma (Reading FC – Ingilterra)