Malta..……………… 0
Greċja………………. 5
It-tim nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 Sena beda l-impenji tiegħu fi Grupp F tar-Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt il-21 Sena b’ telfa ta’ 0-5 kontra l-Ġreċja.
Il-Maltin, immexxijin mill-coach Davide Mazzotta, għamlu dak kollu li setgħu biex jikkontrollaw lill-avversarji tagħhom imma sabu quddiemhom tim ferm b’ saħħtu li skurja tnejn fl-ewwel taqsima u tlieta fit-tieni biex kiseb rebħa faċli.
Mazzotta nkluda mal-ewwel ħdax lill-players ta’ Valletta Jake Azzopardi u Keyon Ewurum wara li dawn kienu jiffurmaw parti mill-iskwadra tal-kbar li kienet impenjata fil-Litwanja l-Ħamis li għadda.
Il-Griegi ħarġu aggressivi u wara biss minuta Georgios Koutsias kellu xutt mil-qrib imblukkat mill-goalkeeper Luca Camilleri.
Fl-14-il minuta, il-Greċja fetħet l-iskor meta wara li rċieva l-ballun mingħand Noa Tzeims Alen mix-xellug, STAVROS PNEVMONIDIS għeleb lil Camilleri b’ xutt sabiħ minn barra l-kaxxa.
Erba’ minuti wara xutt cross ta’ Alen ġiet salvata minn Camilleri waqt li fit-23 minuta, wara azzjoni tajba ta’ Adriano Bregou, dan għadda l-ballun lil Antonios Papakanelios li kkonkluda ftit barra. Il-Maltin irrispondew b’ xutt cross ta’ Sven Xerri mil-lemin li ġiet salvata mill-goalkeeper Nikolaos Botis minuta wara biex immedjatament wara, ħarba ta’ Koutsias spiċċat b’ xutt minn tarf il-kaxxa li għadda ftit barra.
Minuta fil-ħin miżjud, il-Maltin kellhom cross ta’ Nathan Cross li ġie salvat minn Botis.
Madankollu fit-tieni minuta tal-ħin miżjud, il-Greċja rduppjat grazzi għal GEORGIOS KOUTSIAS li rnexxielu jqabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper Camilleril wara li ħa l-ballun lil difensur.
Il-Greċja baqgħu jikkontrollaw fit-tieni taqsima u wara biss minuta, Koutsias tilef okkażjoni tajba minn cross meta kkonkluda għoli wara li rċieva cross mil-lemin. Minn azzjoni ta’ corner ta’ Nikolau fit-52 minuta, l-ballun wasal għand Alen li b’ xutt minn tarf il-kaxxa ra lil Camilleri jsalva f’ żewġ tentattivi.
Minuta wara il-Greċja skurjaw it-tielet goal grazzi għal GEORGIOS KOUTSIAS li rċieva l-ballun mingħand Bregou u kkonkluda ħarba tajba b’ xutt minn ġol-kaxxa li ma ta ebda ċans lil Camilleri.
Fis-56 minuta, Pnevmonidis għadda ballun tajjeb lejn Athanasios Koutsigoulas li kellu xutt angolat salvat tajjeb mill-goalkeeper Malti u tliet minuti wara, Camilleri ħareġ tajjeb biex jimblokka ħarba tajba tas-sostitut Ioannis Theodosoulakis.
STAVROS PNEVMONIDIS għamilhom erbgħa għall-Greċja fit-63 minuta meta daħal tajjeb mill-lemin, wara li rċieva mingħand Theodosoulakis, u wara li dar mal-goalkeeper, tefa’ l-ballun ġew b’ xutt angolat.
Fis-76 minuta, Ioannis Theodosoulakis kkonkluda azzjoni tajba b’ xutt li ġie salvat mill-goalkeeper Luca Camilleri.
Mad-90 minuta, DIMITRIS RALLIS skorja l-ħames goal b’ xutt mill-viċin wara li rċieva mingħand Bokos mil-lemin.
Malta: 1-Luca Camilleri, 2-Sven Xerri, 3-Benjamin Hili, 4-Andrew Borg, 5-Jake Vassallo, 6-Jake Micallef (14-Jake Grech 46’), 7-Nathan Cross (20-Nicholas Agius 68’), 8-Jake Azzopardi, 9-Keyon Ewurum (19-Sean Gatt 46’), 10-Lucas Scicluna (16-Lucas Caruana 68’), 11-Joshua Pitts (17-Finley Ging 68’). Coach: Davide Mazzotta
Greċja: 1-Nikolaos Botis, 2-Athanasios Koutsougoulas, 3-Noa Tzeims Alen, 4-Alexios Kalogeropoulos, 5-Chirstos Alexiou, 6-Theofanis Bakoulas (21-Evangelos Nikolaou 28’), 7-Stavros Pnevmonidis (17-Ioannis Gavril Bokos 78’), 8-Konstantinos Gkoumas (18-Ioannis Apostolakis 78’), 9-Georgios Koutsias (11-Dmitiris Rallis 58’), 10-Antonios Papakanelios (14-Ioannis Theodosoulakis 58’), 20-Adriano Bregou. Coach: Ioannis Taousianis
Referee: Milos Savovic (MNE)
Ass. Referees: Marko Gojkovic, Nikoleta Obradovic (MNE)
Raba’ Uffiċjal: Dalibor Vujsic (MNE)
Skorers: 14’, 63’ Stavros Pnevmonidis; 45+2’, 53’ Georgios Koutsias; 90’ Dimitris Rallis
Ammoniti: J. Vassallo