Sunday, December 22, 2024

Under 21: Il-Maltin iċedu fl-aħħar 10 minuti

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Malta ……..1

Litwanja ….3

F’partita valida mill-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt il-21 sena, Malta sfat megħluba mil-Litwanja bl-iskor ta’ 3-1.

L-avversarji tagħna kienu l-aħjar team matul id-90 mi­nuta fejn gawdew aktar mill-pussess tal-ballun waqt li kienu iktar organizzati kemm mil-lat tattiku kif ukoll minn dak tekniku.

Kienu l-Maltin li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss tliet minuti, xutt minn ġol-kaxxa ta’ Paul Mbong ġie salvat mill-goalkeeper, Gustas Baliutavicius.

Il-partita kompliet b’ritmu kajman fejn kien biss fis-36 minuta li waslet azzjoni denja ta’ nota oħra meta kien Ayrton Azzopardi li kellu xutt mill-viċin jiġi salvat minn Baliutavicius.

Il-Litwani wieġbu fid-39 minuta permezz ta’ free-kick ta’ Tomas Kalinauskas li għadda ftit għoli.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Litwani ħarġu ferm aggressivi u fil-61 minuta, Gvidas Gineltis xeħet cross fid-direzzjoni ta’ Nauris Petkevicus li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tiġi salvata mill- goalkeeper Cain Formosa.

Huma komplew jippressaw u żewġ minuti biss wara fetħu l-iskor meta Gvidas Gineitis xeħet cross peri­koluż u Christian Gauci fit-tentattiv li jikklerja, tefa’ l-ballun fix-xibka tiegħu stess biex b’hekk irriżulta auto-goal sfortunat.

Iżda l-Maltin wettqu reazzjoni tajba u f’azzjoni kważi foto-kopja għall-ew­wel goal tal-Litwani, And­reas Vella xeħet cross insidjuż iżda Vilus Armalas kien pront u ddevja l-ewwel il-ballun mal-lasta imbagħad f’cor­ner.

Il-Maltin komplew jippersistu għall-goal tad-draw u ta’ dan ġew ippremjati meta fit-78 minuta, Andreas Vella pprovda l-assist lil JOSEPH ZAMMIT li b’eleganza qabbeż il-ballun minn fuq Baliutavicius.

Iżda Malta ftit li xejn damu jgwadu dan il-goal hekk kif fit-80 minuta l-Litwani reġgħu qalbu l-iskor favur tagħhom permezz ta’ xutt fil-baxx ta’ DEIVIDAS DOVYDAITIS minn pożiz­zjoni ideali li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Malti jsalva.

Imbagħad, fil-ħin miżjud l-avversarji tagħna ssiġillaw ir-rebħa meta s-sostitut Deividas Dovydaitis għadda tajjeb lejn is-sostitut l-ieħor FAUSTAS STEPONAVICIUS li żmarkat għal kollox ma żbaljax.

MALTA: 1-Cain Formosa, 3-Andraes Vella, 4-Christian Gauci, 6-Marcus Grima, 7-Ayrton Attard (16-Jean Paul Attard 81), 8-Paul Mbong, 10-Andrea Zammit (17-Jed Valletta 81), 11-Alejandro Garzia, 18-Carlo Zammit Lonardelli, 19-Matthew Ellul, 21-Jake Engerer (15-Joseph Zammit 75)   – Coach: Gilbert Agius

LITWANJA:  1-Gustas Ba­liutavicius, 3-Artemijus Tutyskinas, 6-Vilius Armalas, 7-Artur Dozinikov (11-Deividas Dovydaitis 69), 8-Emilis Gasinuas, 9-Motiejus Burba (Kersys Kritupas 83), 10-Nauris Petkevicius (19-Faustas Steponavicius 83), 17-Tomas Kalinauskas (13-Benas Anisas 76), 18-Gustas Zabita, 21-Gvidas Gineitis, 23-Dovydas Jansonas  – Coach: Marius Stankevicius

REFEREE: Thorvaldur Arnason (Islanda)

ASS. REFEREES: Johann Gunnar Gudmundsson, Andri Vigfusson (Islanda)

RABA’ UFF: Johann Ingl Jonsson (Islanda)

SKORERS: C. Gauci 63 og , D. Dovydaitis 80, F. Steponavicius 93 (L), J. Zammit 78 (M) 

AMMONITI: J. Engerer, C. Gauci, M. Ellul (M), G. Ginei­tis (L)

Ekonomija

Sport