SPANJA ……………7
MALTA ……………..1
Malta temmet l-impenji tagħha fir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew b’telfa kbira meta ġiet megħluba minn Spanja bl-iskor ta’ 7-1 wara li sal-mistrieħ l-iskor kien dak minimu ta’ 1-0.
Għall-Maltin kien nieqes Alejandro Garzia wara li tkeċċa fit-telfa ta’ 3-1 kontra s-Slovakkja.
L-Ispanjoli kellhom bidu mill-aqwa u fis-seba’ minuta fetħu l-iskor meta Guille Rosas għadda lejn ROBERT NAVARRO li minn tarf il-kaxxa għeleb lil Amara Sylla b’xutt fil-baxx.
Fl-14-il minuta, Rodrigo Riquelme għadda bejn erba’ players Maltin, daħal fil-kaxxa ż-żgħira iżda minn pożizzjoni angolata xxuttja max-xibka ta’ barra. Fis-26 minuta, Rodri seraq il-ballun lil Adam Bradshaw barra l-kaxxa, avvanza waħdu iżda l-konklużjoni tiegħu għaddiet ma’ sieq il-lasta, b’Amara megħlub għal kollox.
Fit-33 minuta, l-Ispanjoli rebħu free-kick f’tarf il-kaxxa wara li Marcus Grima waqqa’ lil Gil biex l-istess player ra x-xutt tiegħu jiġi mblukkat f’corner bil-ballun jgħaddi jħakkek mal-wieqfa.
Żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, l-avversarji tagħna rduppjaw meta minn azzjoni ta’ corner, ABEL RUIZ għeleb lil Sylla.
Fil-55 minuta, l-Ispanjoli għamluhom tlieta meta mill-cross ta’ Rodrigo Riquelme, Zean Leonardi naqas li jikklerja biex Manuel Sanchez kien pront u xeħet fix-xibka.
Fl-64 minuta, komplew ikabbru l-vantaġġ b’azzjoni simili meta Riquelme xeħet cross mil-lemin u ABEL RUIZ daħal bejn żewġ difensuri Maltin u bil-kalma kollha għeleb lil Sylla. Ħames minuti wara skorjaw il-ħames goal meta Sanchez xeħet lejn Sergio Camello li kompla lejn ROBERT NAVARRO li rtokka l-ballun fix-xibka.
Fit-72 minuta, Marcus Grima ikkommetta żball f’tarf il-kaxxa li minnu approfitta JULEN LOBETE u b’xutt fil-baxx għeleb lill-goalkeeper Malti. Seba’ minuti wara, l-istess LOBETE għamilhom sebgħa wara li Sanchez niżżillu l-ballun bir-ras.
Peró, fl-84 minuta, ANDREA ZAMMIT skorja l-isbaħ goal tal-ġurnata meta b’xutt min-nofs il-ground qabad lill-goalkeeper Spanjol, Miguel Morro, barra minn postu.
Spanja: 13-Julen Agirrezabala (23-Miguel Morro 67), 5-Alejandro Frances, 6-Unai Vencedor, 9-Abel Ruiz (17-Hugo Novoa 67), 10-Rodri, 11-Bryan Gil (7-Julen Lobete 59), 12-Urko Gonzalez (4-Jon Pacheco 51), 14-Guille Rosas, 18-Robert Navarro, 20-Manuel Sanchez, 22-Rodrigo Riquelme (21-Sergio Camello 67) – Coach: Luis de la Fuente
Malta: 12-Amara Sylla, 3-Karl Mohnani (2-Zean Leonardi 53), 4-Christian Gauci, 5-Adam Bradshaw, 6-Marcus Grima, 7-Ayrton Attard (16-Jean Attard 68), 10-Shaun Dimech, 14-Mattia Veselji (9-Andrea Zammit 68), 17-Joseph Zammit, 18-Carlo Zammit, 20-Bradley Sciberras (15-Jake Ghio 46) – Coach: Gilbert Agius
Referee: Juri Frischer (Estonja)
Ass. Referees: Veiko Motsnik, Silver Sepp (Estonja)
Raba’ Uffiċjal: Martti Pukk (Estonja)
Ammoniti: K. Mohnani, J. Zammit (M)