Malta………. 0
Belarus……. 2
It-team nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena safa megħlub minn dak tal-Belarus bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals jaslu wieħed f’kull taqsima, f’partita li fiha l-Maltin ippruvaw jiddettaw il-logħob iżda ftit li xejn kienu perikolużi lejn il-lasti avversarji.
Il-Belarus fetħu l-iskor fis-36 minuta meta wara li rċieva minn azzjoni ta’ freekick, NIKITA BARANOK kien fil-post it-tajjeb u fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa.
Fit-53 minuta, huma rduppjaw l-iskor permezz ta’ daqqa ta’ ras oħra mill-viċin din id-darba minn DANIIL DUSHEVSKIY.
Il-Maltin ippruvaw iwettqu tip ta’ reazzjoni iżda sabu lill-Belrus ferm kumpatti u tattikament dixxiplinati, fejn komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.
Malta terġa’ tkun impenjata f’partita oħra ta’ ħbiberija nhar is-Sibt li ġej, fis-Centenary Stadium, kontra l-istess Belarus, liema partita tibda fis-7.00 pm.
Malta: 12-Hugo Sacco (1-Matthias Debono 77), 3-Owen Spiteri (19-Leonardo Agius 77), 4-Jake Vassallo (24-Nathan Agius 88), 6-Karl Mohnani (21-Sven Xerri 77), 7-Mattia Veselji (18-Andrew Borg 53), 10-Andrea Zammit (8-Kurt Briffa 77), 13-Nikolai Micallef, 15-Mattias Ellul, 16-Jake Micallef, 17-Gianluca Sciberras (9-Jake Engerer 53), 22-Keyon Ewurum – Coach: Ivan Woods
Belarus: 12-Arseniy Skopets, 2-Arseniy Ageev (3- Aleksandr Frantsuzov 68), 6-Daniil Dushevskiy (4- Aleksey Dunaev 81), 11-Trofim Melnichenko (8-Aleksandr Guz 62), 13-Artur Nazarenko (9-Vladislav Varaksa 68), 14-Pavel Kotlyarov (10-Ruslan Myalkovskiy 62), 15-Vadim Martinkevich (19-Nikita Krasnov 62), 17-Rodion Pechura (21-Nikita Burak 62), 18-Kiriil Gomanov, 20-Vladislav Zhuravlev, 22-Nikita Baranok – Coach: Sergey Yaromko
Referee: Matthew De Gabriele
Ass. Referees: Jurgen Spiteri, Mitchell Scerri
Raba’ Uffiċjal: Alex Johnson
Skorers: N. Baranok 36, D. Dushevskiy 53 (B)
Ammoniti: Ħadd