Friday, December 20, 2024

Under 21 – Malta ssofri t-tieni telfa

Aqra wkoll

Malta …………….1

Danimarka……..5

Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg

Malta sofriet it-tieni telfa minn daqstant logħbiet fil-mini-tournament kwadrangulari li qed jintlagħab f’Tony Bezzina Stadium, validu mill-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt is-17-il sena meta sfat megħluba mid-Danimarka bl-iskor kbir ta’ 5-1 b’żewġ goals jaslu minn auto-goals.

Proprju fl-ewwel azzjoni denja, fl-10 minuta, id-Daniżi fetħu l-iskor permezz ta’ xutt mill-viċin tal-captain MALTHE JOHNSEN BONDERGAARD li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Malti, Dominic Vella, isalva bil-ballun jintemm fis-saqaf tax-xibka.

Fit-23 minuta, huma rduppjaw meta Elias Hansborg-Soer­sneh xeħet cross fil-baxx b’Kian Vella jikkommetti auto-goal fit-tentattiv li jikklerja l-ballun minn kull periklu. 

Il-Maltin wieġbu minuta biss wara meta Ensell Attard fajjar xutt mid-distanza iżda sab lill-goalkeeper, Aske Andresen,  attent meta salva mingħajr wisq diffikultá.

Madankollu, fit-30 minuta, il-Maltin naqqsu d-distakk hekk kif ZAK BARBARA kważi minn nofs ground qabad lil Andresen barra minn postu li rriżulta f’goal tal-istampi.

Fit-43 minuta, Isaiah Chukunyere, kellu xutt fil-baxx minn pożizzjoni angolata jintemm ftit barra.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, id-Daniżi ħarġu ferm aggresivi u wara biss żewġ minuti Magnus Bjorholm ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper Malti permezz ta’ xutt minn pożizzjoni angolata.

Iżda żewġ minuti wara, huma komplew ikabbru l-iskor meta s-sostitut Noah Sahsah indirizza cross għan-nofs bil-captain ta’ Malta, Sven Xerri, fit-tenatttiv li jinterċetta l-ballun b’mod sfortunat tefgħu fix-xibka tiegħu stess.

Fit-83 minuta, id-Daniżi rebħu penalty meta Myron Micallef deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu s-sostitut BATUHAN SERTDEMIR li ma żbaljax.

Fil-ħin miżjud, id-Dani­marka ssiġillaw ir-rebħa permezz tal-ħames goal meta minn azzjoni ta’ freekick mogħti minn Magnus Bjornholm, il-ballun ħabat mal-barriera biex mir-rebound, JULIS ESKELUND BECK, minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.

MALTA: 1-Dominic Vella, 2-Andrew Apap Bologna, 3-Sven Xerri, 6-Kian Vella, 7-Lucas Caruana (16-Gabriel Vella 79), 9-Sean Gatt (18-Kian Leonardi 62), 10-Ensell Attard (11-Russell Caruana 79), 13-Timothy Cachia (8-Kaiden Fenech 69), 14-Myron Micalef, 15-Isaiah Chukunyere (4-Ivin Farrugia 79), 19-Zak Barbara  – Coach: Ivan Woods

DANIMARKA: 1-Aske Leth Andresen, 2-Malek Bakhit (11-Emil Winther Hojlund 67), 3-Matteo Johnsen Beltoft Grosso, 6-Malthe Johnsen Bondergaard, 7-Mads Beyer Pasternak (8-Batuhan Zidan Sertdemir 46), 9-Elias Hansborg-Sorensen (6-Julius Eskelund Beck 90), 13-Mads Nybo Lauritsen, 14-Bertram Bangsted Kvist (15-Gustav Leone Fraulo 67), 17-Malthe Rose Haislund Wallin (18-Noah Donovan Sahsah 46), 19-Magnus Munck Bjornholm, 20-Oscar Winther Hojlund   – Coach: Ken­neth Weber Madsen

REFEREE: Robertas Valikonis (Litwanja)

ASS. REFEREES: Edgaras Bucinskas (Litwanja), Anatolie Basiul (Moldova)

RABA’ UFF: Ion Orlic (Moldova)

SKORERS: M.  Bondergaard 10, K. Vella  23 o.g., S. Xerri 49 o.g. , B. Zidan Setdemir 83 pen, J. Eskelund Beck 92 (D), Z. Barbara 30 (M)

AMMONIT: I. Farrugia (M)

Ekonomija

Sport