Sunday, November 24, 2024

Under 21: Malta ssofri telfa kbira kontra l-Kazakhstan

Aqra wkoll

Kazakstan ………4

Malta …………….1

F’partita ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej, it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena  pproduċa wirja fqira u sofra telfa kbira ta’ 4-1 kontra l-Kazakstan.

Kienu l-Kazakstan li ħarġu fuq l-offensiva u waea biss disa’ minuti Aybar Abdulla avvanza fuq ix-xellug, għadda tajjeb lejn lvan Alen Aimanov li tefa’ ftit barra. Minuta biss wara il-coach ta’ Malta Ivan woods kien kostrett jaffettwa sostituzzjoni sfurzata meta weġġa’ għal pajjizna Aleandro Garzia biex minfloku daħal jilgħab is-sostitut Karl Mohnani.

Il-Kazakstan fetħu l-iskor fid-29 minuta meta huma rebħu l-pussess f’nofs il-ground u Abdulla qabbeż il-ballun fid-direzzjoni ta’ IVAN SVIDRIDOV li venven xutt mill-isbaħ minn tarf il-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta’ Malta, Hugo Sacco.

Ezattament qabel tmiem l-ewwel taqsima, huma resqu viċin li jirdoppjaw l-iskor meta Aimanoc kellu xutt bid-dawra li stampa mal-mimduda qabel intemm barra.

Kulam jmur komma d-dominju assolut tal-Kazakstan u fil-50 minuta irduppjaw l-iskor meta Kenzhebek avvanza tajjeb, serva fuq platt tal-fidda lil AYBAR ABDULLA li permezz ta’ xutt fil-baxx għeleb lil Sacco.

Il-Maltin ipprovaw iwettqu xi tip ta’ reezzjoni u minuta wara Dylan Scicluna kellu x-xutt bid-dawra tiegħu salvat bi bravura mill-goalkeeper tal-Kazakstan, Temirlan Anarbekov.

Kompla l-mument pożittiv tal-Maltin u mas-siegħa logħob Mattia Veselji kellu l-freekick ċentrali tiegħu jgħaddi jħakkek mal-wieqfa.

Fit-68 minuta is-sostitut ANDREA ZAMMIT twaqqa’ fil-kaxxa minn Shirobokov u mill-penalty li rriżulta  tefa’ l-balun naħa u lill-goalkeeper Anarbekov in-naħa opposta.

Iżda kull tama għall-Maltin intemmet fit-78 minuta meta l-ewwel tkeċċa Kurt Bondin minħabba li ntwera żewġ karti sofor fil-partita, u mill-freekick li rriżulta IVAN SVIDRIDOV tħalla waħdu biex permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ ġewwa.

L-affarijiet komplew ġejjin ħażin għall-Maltin meta minuta mit-tmiem, Mohnani waqqa’ lil Ankudin fil-kacca u mill-11-il metru ADILBEK ZHUMAKHANOV ma żbaljax biex issiġilla r-rebħa għal Kazakstan.

Kazakstan: 1-Temirlan Anarbekov, 2-Damir Kassabulat, 5-Aleksandr Shirobokov, 4-Adilbek Zhumakhanov, 8-Meyrambek Kalmyrza (13-Mikael Askarov 69), 17-Ersultan Kaldybekov (16-Olzhas Baibek 62), 6-Abylaikhan Nazymkhanov, 9-Aybar Abdulla (20-Beybit Galym 69), 7-Aien Aimanov (19-Yan Trufanov 62), 10-Galymzhan Kenzhebek (18-Danil Ankudinov 84), 11-Ivan Sviridov Coach: Konstantin Gorovenko

Malta: 12-Hugo Sacco, 13-Nikolai Micallef, 5-Matthew Ellul, 16-Jake Micallef, 17-Owen Spiteri, 26-Kurt Bondin, 18-Andy Borg, 5-Dylan Scicluna (10-Andrea Zammit 67), 11-Alejandro Garzia (6-Karl Mohnani 11), 9-Basil Tuma (21-Daniel Letherby 83), 7-Mattia Veselji Coach: Ivan Woods  

Referee: Andreas Argyrou (Ċipru)

Ass. Referees: Nikos Egglezou, Marios Dimitriadis (Ċipru)

Raba’ Uffiċjal: Konstantinos Fotiou (Ċipru)

Tkeċċa: K. Bondin 79 (M)

Ammoniti: O. Spiteri, K. Bondin (2) (M), A. Abdulla, A. Shirobokov, A. Aimanov (K),

Sport