Malta ……..0
Latvija ……1
Minn Cristian Muscat
Wara t-telfa ta’ 6-0 kontra l-Ġermanja, ilbieraħ it-team nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena sofra telfa minima ta’ 1-0, valida mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal- Kampjonat Ewropew.
Ta’ min ifaħħar il-wirja tal-goalkeeper ta’ Gzira United, Karl Sargent, li kien providenzjali għall- Maltin, fejn diversi drabi ċaħħad lil-Latvja milli jik-sbu rebħa ikbar.
Kienu l-Latvja li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss ħames minuti Markuss Strods kellu xutt angolat mil-lemin li ntemm ftit barra. Huma komplew jippressaw u, fit-tmien minuta, Zaleiko kellu xutt minn barra l-kaxxa li wkoll spiċ-ċa barra.
Il-players tal-Latvja żiedu l-pressjoni u fit-12-il minuta reġa’ kien Zaleiko li ħoloq il-periklu meta kellu xutt mil-lemin salvat mill-goalkeeper Malti, Karl Sargent.
Fl-24 minuta, Cesneiks kellu xutt minn barra l- kaxxa imdawwar f’corner minn Sargent. Il-Maltin wieġbu għall-ewwel darba żewġ minuti wara iżda Shaisen Attard naqas li jinkwadra l-lasti.
Man-nofs siegħa logħob il-Maltin reġgħu ħolqu l- periklu meta minn tarf il-kaxxa, Pitts kellu x-xutt tiegħu salvat tajjeb mill- goalkeeper tal-Latvja, Nikita Parfjonovs.
Fl-40 minuta, il-Latvja resqu qrib li jiftħu l-iskor iżda mill-viċin, Valerijs Lizunovs, sab lil Sargent idawwar f’corner.
Fid-49 minuta, Roberts Bocs kellu ġest akrobatiku mill-viċin salvat tajjeb mill-goalkeeper Malti.
Fis-57 minuta, il-Maltin ħolqu l-aħjar okkażjoni ta’ skor iżda Nikita Parfjonovs salva x-xutt ta’ Joshua Pitts.
Madankollu, mas-siegħa logħob kienu l-Latvja li fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner, KEVINS CESNIEKS, minn taħt il- lasta kompla għal ġox-xibka.
Malta wieġbu fis-67 minuta meta Keyon Ewurum, li kien ilu biss tliet minuti fil-ground, kellu t-tentattiv tiegħu mdawwar f’corner minn Parfjonovs.
Fl-84 minuta, il-Maltin qalgħu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu bi player inqas hekk kif tkeċċa Benjamin Hili b’karta ħamra diretta wara daħla kerha fuq Roberts Bocs.
MALTA: 1-Karl Sargent, 2-Sven Xerri, 5-Kean Scicluna (4-Jake Vassallo 46), 7-Shaisen Attard (14-Keyon Ewurum 64), 8-Lucas Caruana (21-Sean Gatt 82), 9-Basil Tuma, 16-Jake Micallef, 17-Jake Azzopardi, 18-Daniel Letherby (10-Jake Grech 23), 19-Benjamin Hili, 20-Joshua Pitts (22-Nicholas James Agius 64) – Coach: Davide Mazzotta
LATVJA: 1-Nikita Parfjo-novs, 2-Maksims Semesko, 4-Kevins Cesnieks (6-Ralfs Kragliks 70), 7-Glebs Zaleiko, 8-Danny Anisjko (21-Roberts Bocs 46) (11-Emils Evelons 90), 9-Valerijs Lizunovs (17-Kristians Mezsargs 70), 10-Ivans Patrikejevs, 13-Gjebs Mihajcovs, 14-Daniels Nosegbe-Susko, 20-Milans Tihonovics, 22-Markuss Strods – Coach: Jakub Dovalil
REFEREE: Mehmet Turkmen (Turkija)
ASS. REFEREES: Anil Usta, Bahtiyar Birinc (Turkija)
RABA’ UFF: Ali Yilmaz (Turkija)
SKORER: K. Cesnieks 60 (L)
AMMONITI: N. J. Agius, S. Gatt (M), D. Nosegbe-Susko (L)
TKEĊĊA: B. Hili 84 (M)

