Sunday, January 19, 2025

Ungeriż mixli b’ħasil ta’ flus b’rabta ma’ importazzjoni u esportazzjoni taż-żebbuġ 

Aqra wkoll

Ungeriż ta’ 42 sena tressaq il-Qorti akkużat b’ħasil ta’ flus relatat ma’ importazzjoni u esportazzjoni ta’ żebbuġ.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li f’Ġunju tal-2016 saru tlett tranżazzjonijiet bankarji fil-kont tal-akkużat Erik Horvath, li f’dak il-perjodu kien jgħix l-Ingilterra. 

Ingħad li kien sar rapport lil Pulizija, liema rapport sar minn direttur ta’ kumpanija privata f’Malta li dak iż-żmien kienet f’xi negozjat ma’ xi Griegi fuq esportazzjoni u importazzjoni ta’ żebbuġ lejn Malta. 

Ġiet pjegat ukoll li l-ammont li daħlu fil-kont ta’ Horvath kienu jammontaw għal xejn inqas minn €15,000. Il-prosekuzzjoni qalet li allegatament dawn il-flus daħlu fil-kont bankarju tal-akkużat b’qerq għax intbagħtet email lin-negozjant Malti bid-dettalji bankarji tal-akkużat.

Fil-Qorti, Erik li spjegal i jaħdem bħala pustier wieġeb li mhuwiex ħati tal-akkużi kollha miġjuba kontrih. 

Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Nadia Helena Vella, ordnat biex l-akkużat jinżamm arrestat. Il-Qorti ħarġet ordni ta’ ffriżar u qbid tal-assi tal-akkużat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport