Tuesday, December 24, 2024

Ungeriż se jirritorna pajjiżu biex jiskonta piena dwar serq

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel Ungeriż li kien qed jgħix il-Ħamrun aċċetta li jirritorna pajjiżu biex jiskonta piena ta’ ħabs fuq serq.

Karoly Laszlo Nagy, li għandu 60 sena, tressaq quddiem il-Maġistrat Nadine Lia wara talba mill-awtoritajiet Ungeriżi.

Nagy kien ikkundannat erba’ snin ħabs wara li nstab ħati ta’ serq aggravat imma ħarab u kien għalhekk li nħareġ mandat ta’ arrest Ewropew.

Huwa daħal fl-awla f’siġġu tar-roti peress li għandu siequ x-xellugija miskura u m’oġġezzjonax li jintbagħat lura pajjiżu.

Nagy tressaq mill-Ispettur Mark Galea u kellu jassistih lill-Avukat Joseph Bonnici.

Ekonomija

Sport