Tuesday, November 26, 2024

Ungeriża ħatja li pprovat tikkorrompi lill-Pulizija wara li sabulha d-droga

Aqra wkoll

Agnes Suranyl ta’ 41 sena mill-Ungerija ġiet immultata €4,500 u tpoġġiet fuq ordni ta’ probation għal tliet snin wara li nstabt ħatja li fost l-oħrajn ipprovat tikkorrompi lill-Pulizija wara li sabulha d-droga.

Il-Prosekuzzjoni spjegat quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana li l-mara kienet inqabdet bid-droga fir-residenza fejn kienet tgħix mas-sieħeb tagħha f’Birżebbuġa. Il-Pulizija kienet marret tfittex id-droga wara li kienet irċiviet informazzjoni li  s-sieħeb tal-akkużata kienet qed tasallu d-droga bil-posta.

Jirriżulta li waqt li l-Pulizija kienu fir-residenza jfittxu d-droga, l-Ungeriża telgħet tiġri fil-kamra tas-sodda u ppruvat tqatta’ pakkett u tarmih f’barmil ilma. F’dan il-pakkett kien hemm sustanza “qishom żewġ ġebliet”. Kien f’dan il-mument li l-akkużata offriet €200 lill-Pulizija biex ma jkomplux bit-tfittxija.

Mir-residenza l-pulizija elevat miżien elettroniku, self-sealable bags, żewġ mobiles, għadd ta’ pakketti tal-posta u diversi tipi ta’ droga fosthom amfetamina u eroina.

Apparti li mmultatha, il-Qorti ordnat lil Suranyl tħallas €2,495 fi spejjeż tal-Qorti.

Sport