Għat-tieni sena konsekuttiva, Learning Works nidiet programm ta’ Master’s internazzjonali fil-kowċing tal-isport flimkien ma’ Liverpool John Moores University (LJMU). Din l-Univerisitá Ingliża għadha kemm ġiet imsemmija mill-Global QS Higher Education League bħala waħda mill-aqwa għaxar universitajiet fid-dinja għal suġġetti marbutin mal-isport.
Learning Works hija istituzzjoni għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla li toffri numru ta’ korsijiet inklużi xi wħud marbutin mal-isport. Hija wkoll responsabbli għall-proviżjoni akkademika tal-Mediterranean College of Sport, l-ewwel kulleġġ tal-isport indipendenti f’Malta li se jkun qed jiftaħ il-bibien tiegħu fl-2024.
Sitt kowċies Maltin diġa qegħdin isegqu dan il-programm u bbenefikaw minn aktar gżarfien dwar il-psikoloġija tal-isport, ir-relazzjonjiet soċjali, l-edukazzjoni tal-kowċis u l-metodi ta’ riċerka. Dawn l-istudenti-kowċies kellem ukolll esperjenzi ta’ prattika bil-mentoring tal-istaff tal-Universita;, kellhom sessjonijiet online kull ġimgħa, żjarat mil-letturi tal-Universita’ Liverpool John Moores u temmew jew qed jaħdmu fuq riċerka dwar il-kowċing. Dan sar b’suċċess u din l-esperjenza għenet sabiex dawn il-kowċis tejbu l-għarfien u l-prattika fil-kowċing tagħhom.
Dan il-programm ta’ Master’s jista’ jressaq lill-parteċipanti lejn diversi karrieri marbutin mal-kowċing tal-isport.
L-applikanti jistgħu jagħżlu li jispiċċaw il-Master’s f’sena bħala full-timers jew f’sentejn bħala part-timers. Il-kors jikkonsisti minn sessjonijiet live ta’ darba fil-ġimgħa, oħrajn li jkunu jistgħu jiġu segwiti f’żħin aktar komdu għall-istudent, partecipazzjoni f’diskussjoni online, seminars u workshops li fihom anki jipparteċipaw l-aqwa elementi fl-isport fl-Ingilterra u internazzjonalment. Darbtejn fis-sena jiġu organizzati wkoll sessjonijiet f’Malta bil-parteċipazzjoni tal-lecturers u membri tal-fakulta tal-Xjenza tal-Isport tal-LJMU.
Matul l-istudji tagħhom il-parteċipanti jkollhom ukoll l-opportunita li jagħmlu jipprattikaw ukoll ma’ xi organizzazzjoni sportiva. Għal din ir-raġuni Learning Works u LJMU ilhom jaħdmu fil-qrib ma’ Sport Malta, mal-Malta Football Association u l-Kumitat Olimpiku Malti biex jinstabu opportunitajiet ta’ taħriġ prattiku għall-kowċis li qed isegwu dan il-programm.
Il-parteċipanti jistgħu jibbenefikaw minn numru ta’ skemi ta’ għajnuna finanzarji bħal ma hi l-Get Qualified Scheme li tintitola l-istudent għal-rifużjoni tat-taxxa ta’ 70%. Se jkun hemm ukoll opportunita li wiehed japplika għal scholarships tal-gvern li se joħorġu fil-ġimgħat li ġejjin. Malta Sport Scholarship Scheme (https://education.gov.mt/en/education/myScholarship/Pages/Malta-Sports-Scholarships.aspx) and TESS https://education.gov.mt/en/education/myScholarship/Pages/TESS—Tertiary-Education-Scholarship-Scheme.aspx – se jifthu fl-14 ta’ Ġunju).
Se jsir ukoll webinar għal dawk kollha interessati nhar it-Tnejn 23 ta’ Mejju bejn is-6pm u s-7pm bil-parteċipazzjoni ta’ Dr Colum Cronin, il-koordinatur ta’ dan il-kors f’LJMU u Dr Bernice Sant, il-koordinatur tal-kors f’Malta. Kull min hu interessat jista’ jibgħat email lil Dr Sant fuq [email protected] jew iċempel fuq in-numru 79796667.