Friday, November 15, 2024

University of Malta ACJ f’kamp ta’ taħriġ fi Sqallija

Aqra wkoll

It-tim tal-futsal lokali University of Malta ACJ Group jinsabu fi Sqallija sabiex jieħdu sehem f’kamp ta’ taħriġ qabel il-bidu tal-istaġun.

It-tim, li hu mmexxi mill-kowċ David Bobokhidze se jkun qed jilgħab żewġ partiti kontra t-tim mis-serie A2 Piazza Armerina u ieħor tas-serie B Gela A5.

Il-kontinġent mill-Universita’ ta’ Malta se jkun ibbażat fi Piazza Armerina li għandhom faċilitajiet mill-aqwa fi Sqallija.

Għal University of Malta ACJ Group dan hu l-ewwel kamp ta’ taħriġ li qatt ġie organizzat barra minn xtutna u li sar ukoll bl-għajnuna ta’ Visit Malta.

L-iskwadra kollha għad-dispożizzjoni ta’ David Bobokhidze hi din:

Goalkeepers: Dylan Cacciatolo, Stefan Vella, Ryan Scerri

Plejers: Cleaven Portelli, Andre Cachia, Leo Muscat, Stefan Camilleri, Melvin Borg, Steven Camilleri, Paul Scerri, Aaron Montebello, Dale Valletta, Gia Nikvashvili, Kaue Meggiato, Zvezdan Vukovic

Coaches u Technical Staff: David Bobokhidze, Jurgen Pace, Clayton Felice, Nicholas Martinelli, Andrea Varrazzo

Ekonomija

Sport