Tuesday, December 24, 2024

UNJONI EWROPEA LI GĦAL DARB’OĦRA REĠGĦET MA KINITX MAGĦQUDA

Aqra wkoll

Id-diskussjonijiet li kienu għaddejjin fl -aħħar sigħat dwar sanzjonijiet ġodda mill-Unjoni Ewropea kontra r-Russja kixfu għal darba’oħra n-nuqqas ta’ għaqda li teżisti fl-Unjoni Ewropea. Huwa minnu li ġew adottati sanzjonijiet ġodda, liema sanzjonijiet huma dgħajfin ħdejn dak li kien qed jissemma qabel id-diskussjonijiet.

Fl-aħħar sigħat, f’dibattitu twil, il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ddiskutew aktar sanzjonijiet li jistgħu jiġu imposti fuq ir-Russja. L-għan tal-Unjoni Ewropea hu wieħed – dak li ddgħajjef l-ekonomija Russa. Wieħed irid iżomm f’moħħu li din hi l-ewwel darba li qed naraw l-Unjoni Ewropea tkun involuta f’kunflitt billi tgħin fi nanzjarjament lil wieħed mill-pajjiżi li jinsab fi gwerra.

Il-mistoqsija li ssir hi dik ta’ jekk din il-gwerra tkompli titwal, x’se tkun il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea. Huwa fatt li l-Unjoni Ewropea trid li din il-gwerra tintemm malajr. Fi ħdanha stess imma hemm nuqqas ta’ qbil dwar is-sanzjonijiet li għandhom jittieħdu kontra r-Russja. Dan innuqqas ta qbil ġej minħabba interessi diversi tal-pajjiżi.

Quddiem l-għajnuna qawwija li l-Unjoni Ewropea qiegħda tagħti lill-Ukrajna, tqum il-mistoqsija għal kemm żmien din l-għajnuna tista’ tibqa tingħata. Fl-aħħar diskussjonijiet dwar sanzjonijiet ġodda, kellek pajjiżi ġirien tar-Russja bħall-Polonja u l-pajjiżi Baltiċi li bdew jagħfsu għal sanzjonijiet iebsin. Kellek imma mbagħad pajjiżi bħall-Ġermanja, li bdew iżommu lura. Kellek imbagħad pajjiżi li jiddependu sew fuq importazzjoni ta’ enerġija mir-Russja fosthom il-Belġju, l-Ungerija u anke l-Greċja, li qagħdu lura ħafna milli jimbuttaw sanzjonijiet ġodda kontra r-Russja. L-argumenti kienu diversi.

Minn dawn laħħar diskussjonijiet ħareġ aktar biċ-ċar li aktar mhu jgħaddi żmien aktar qed tkun diffi ċli li l-Unjoni Ewropea timponi sanzjonijiet kontra r-Russja li jolqtuha b’mod qawwi ħafna, mingħajr ma dawk l-istess sanzjonijiet ikunu ta’ dannu għall-ekonomiji ta’ pajjiżi membri. Hu fatt li qiegħda ssir dejjem aktar diffiċli għall-Unjoni Ewropea li tagħmel sanzjonijiet li jolqtu b’mod qawwi lir-Russja mingħajr ma jkun hemm dannu fuq l-Unjoni Ewropea stess jew pajjiżi tagħha. Hemm min qed jargumenta li hemm pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li jridu jingħataw żmien biex ikunu ppreparati għal sanzjonijiet ġodda u kif dawn jistgħu jolqtuhom.

Id-differenzi huma fil-beraħ, tant li l-Prim Ministru tal-Ungerija Viktor Orban f’pajjiżu tkellem kontra s-sanzjonijiet. U waqt li fl -Unjoni Ewropea qed jispikkaw id-differenzi, il-gwerra tkompli titwal. Qed issir aktar intensa. Quddiem dan, kemm l-Unjoni Ewropea tiflaħ tkompli tgħin u tissustanzja finanzjarjament lill-Ukrajna?

Ekonomija

Sport