Sunday, November 24, 2024

UNL: Il-holders Spanja miżmuma u Cristiano Ronaldo jiskorja d-900 goal tal-karriera

Aqra wkoll

Meta bdiet tintlagħab il-UEFA Nations Lea­gue 2025, il-holders Spanja ġew mimżuma fi draw ta’ 0-0 mill-Kroazja, filwaqt li l-attakkant Portugiż, Cristiano Ronaldo, sar l-ewwel player li skorja d-900 goal tal-karriera tiegħu. 

Serbja v Spanja – Spanja bdew id-difiża tat-titlu bi draw ta’ mingħajr goals kontra s-Serbja.

Minkejja li l-partita kie­net waħda movimentata ż-żewġ timijiet ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja.

Portugall v Kroazja – Il-Portugall għelbu lill- Kroazja bl-iskor ta’ 2-1 bil-goals jaslu minn Diogo Dalot (7) u Cristiano Ro­naldo (34) li kompla jikser ir-rekords personali. Il-Kroati wieġbu minn auto-goal ta’ Diogo Dalot (41).

Skozja v Polonja – Il-Polonja għelbu lill-Is­kozja 3-2 b’mod mill-aktar drammatiku. 

Huma skorjaw permezz ta’ Sebastian Szymanski (8), Robert Lewandowski (44 pen) u Nicola Zalewski (90+8) filwaqt li  Billy Gilmour (46) u Scott McTominay (77) skorjaw għall-Iskoċċiżi.

Danimarka v Svizzera – F’darhom id-Danimarka għelbu lill-Isvizzera bl-is­kor ta’ 2-0 b’goals ta’ Patrick Dorgu (82) u Pierre-Emile Hojbjerg (92).

L-Isvizzeri kellhom lil    Nico Elvedi (50) u Granit Xhaka (87) imkeċċija.  

Azerbaijan v Svezja – L-ewwel partita li ntlagħbet ta’ din l-edizzjoni kienet dik bejn l-Azerbaijan u Svezja, b’dawn tal-aħħar joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1.

Il-goals ġew minn Alexander Isak (65, 71) u Viktor Gyokeres (80 pen) filwaqt li Renat Da­dashov (82) wieġeb għall- Azeri li fallew penalty fil-ħin miżjud tal-ewwel taq­­sima minn Ramil Sheydaev.

Estonja v Slovakkja – Barra minn darhom, is-Slovakkja għelbu lill-Estonja bl-iskor ta’ 1-0 b’goal ta’ Tomas Suslov (70).

Sport