Saturday, December 28, 2024

UNL: Il-Kroazja fil-finali wara l-ħin barrani

Aqra wkoll

Fl-ewwel semi-finali tal-UEFA Nations League ferm emozzjonanti u li setgħet tmur kull naħa, il-Kroazja barra minn darhom għelbu lill-Olanda bl-iskor ta’ 4-2 wara l-ħin barrani.

Kien Donyell Malen (34) li fetaħ l-iskor għall-Olandiżi, waqt li Andrei Kramaric (55) ġab l-iskor indaqs għall-Kroati minn penalty. Mario Pasalic (72) qaleb l-iskor favur il-Kroati, iżda b’mod mill-aktar drammatiku Noa Lang (96) ġab l-iskor indaqs għall-Olanda, u b’hekk il-partita kellha tmur għall-hin barrani.

Il-partita kompliet b’logħob sabiħ u produttiv, fejn is-sostitut Bruno Petkovic (98)  reġa’ tefa’ lill-Kroazja fil-vantaġġ, waqt li Luka Modric (116) minn penalty issiġilla r-rebħa Kroata.

B’hekk, il-Kroati se jkunu qed jaffrontaw lir-rebbieħ ta’ bejn l-Italja u Spanja li jkunu mpenjati llum fil-finali tant mistennija ta’ nhar il-Ħadd. Dan filwaqt li l-Olanda jilagħbu l-playoff għat-tielet post ukoll il-Ħadd kontra t-tellief ta’ bejn it-Taljani u l-Ispanjoli.

Il-partita ntlagħbet fid-De Kuip Stadium ta’ Rotterdam fl-Olanda u kienet ikkontrollata mir-referee Rumen, Istvan Kovacs.

Ekonomija

Sport