Wednesday, June 4, 2025

UNL: Il-Portugall fil-finali b’rebħa fuq il-Ġermanja

Aqra wkoll

Ġermanja …..1

Portugall ……2

Il-Portugall huma l-ew­wel finalisti tal-UEFA Na­tions League meta fis- semi-finali huma dawru telfa f’rebħa biex għelbu lill-Ġermanja bl-iskor ta’ 2-1, biex nhar is-Sibt jilagħbu fil-finali kontra r-rebbieħa  bejn Spanja u Franza li se jilagħbu llum.

Kienu l-Portugiżi li ħar­ġu tajjeb u fis-sitt minuta, Cristiano Ronaldo seta’ għa­­mel aħjar meta ra t-tentattiv tiegħu mill-viċin jiġi salvat mill-goalkeeper, Marc-André ter Stegen.

Fid-19-il minuta, il-Ġermaniżi appellaw għal penalty meta Aleksandar Pavlovic deher jitwaqqa’ fil-kaxxa minn Gonzalo Inacio … iżda l-kuntatt kien wieħed minimu għall-aħħar.   

Fit-30 minuta, il-goalkeeper, Diogo Costa, wettaqa save kbir fuq Leon Goretzka biex evita milli l-Ġermaniżi jiftħu l-iskor. 

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima Ronaldo falla ċans tad-deheb meta minn taħt il-lasti ma laqatx il-ballun. 

U ta’ dan in-nuqqas, il-Portugiżi pattew qares hekk kif fit-48 minuta, Flo­rian Wirtz fetaħ l-iskor għall-Ġermanja permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-cross ta’ Joshua Kimmich li kien qed jilgħab il-100 partita bil-flokk nazzjonali Ġermaniż.  

Peró, fit-63 minuta, il- Portugall kisbu d-draw minn xutt imdawwar ta’ Francisco Conceicao minn 35 metru bogħod. 

U ħames minuti wara, Cristiano Ronaldo xeħet lit-team tiegħu fil-vantaġġ wara li għeleb in-nasba tal-offside biex skorja l-137 goal personali għal pajjiżu.

Il-Ġermaniżi ppruvaw jagħmlu reazzjoni iżda ma setgħu isibu t-triq lejn il-lasti avversarji. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport