Meta bħalissa qed jintlagħbu l-ewwel erba’ matchdays tal-UEFA Nations League, illum fid-8.45 pm l-Ingilterra se tospita lill-Italja f’Molineux Stadium, Wolverhampton.
L-Ingilterra qed ifittxu l-ewwel rebħa f’din l-edizzjoni, filwaqt li l-Italja se tkun qed tittama li ssegwi r-rebħa ta’ 2-1 fuq l-Ungerija ta’ nhar l-Erbgħa li għadda.
Liema wieħed minn dawn il-ġganti Ewropej se joħroġ minn fuq f’dik li tista’ tkun logħba ewlenija fi tmiem il-ġimgħa?
Wara li kisbu l-kwalifikazzjoni tagħhom għat-Tazza tad-Dinja tal-2022, l-Ingilterra bdew il-kampanja tagħhom b’telfa mhux mistennija kontra l-Ungerija f’Budapest b’goal minn penalty waqt li kellu jkun penalty ukoll ta’ Harry Kane li tahom punt kontra l-Ġermanja, fl-Allianza Arena, fi Munich
Essenzjalment, dawk iż-żewġ riżultati ħallewhom fil-bżonn ta’ rebħa biex jagħtuhom xi tama li jilħqu l-finali tal-UEFA Nations League fis-sajf tal-2023, iżda minħabba r-rekord riċenti tagħhom kontra l-Italja – li jinkludi telfa fil-finali tal-Euro 2020 – mhux se tkun faċli.
L-Italja, mill-banda l-oħra, għadha qed tgħix fit-telfa kontra l-Maċedonja ta’ Fuq – telfa li fissret li mhux se jkunu fil-Qatar għat-Tazza tad-Dinja 2022. Meta wieħed iqis li t-telfa seħħet inqas minn sena wara li rebħu l-Euro 2020, kienet saħansitra aktar diżastruża.
Minn dak iż-żmien ‘il hawn, l-Italja lagħbu erba’ logħbiet, għelbu lit-Turkija f’partita ta’ ħbiberija u tilfu kontra l-Arġentina fil-Finalissima qabel ma draw mal- Ġermanja u rebħa fuq l-Ungerija rawhom jitilgħu jillidjaw il-klassifika waħedhom.
Ħaġa waħda li se tkun differenti mill-aħħar darba li dawn iż-żewġ naħat iltaqgħu se tkun in-nuqqas distint ta’ atmosfera tal-ispettaturi, meta minħabba l-imġieba tal- partitarji Ingliżi fil-finali tal-Euro 2020 f’Wembley Stadium, il-logħba se tintlagħab bil-bibien magħluqa.
Fil-passat ż-żewġ timijiet iltaqgħu 28 darba bl-Italja kisbet 12-il rebħa, l-Ingilterra tmienja u ġew draw fit- tmienja l-oħra.