Monday, November 4, 2024

UNL: L-Ingilterra jibqgħu jittamaw

Aqra wkoll

Meta ntlagħab l-ewwel programm tar-raba’ ġurnata tal-UEFA Nations League, kollox baqa’ l-is­tess f’League B Grupp 1 meta l-Greċja u l-Ingilterra rreġistraw rebħa.

Finlandja v Ingilterra – L-Ingilterra żammew it-ta­miet tagħhom ħajjin għall- promozzjoni għal League A meta marru l-Finlandja u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1, b’goals minn Jack Grealish (18), Trent Alexander-Arnold (74) u Declan Rice (84) filwaqt li Arttu Hoskonen (87) irrisponda għat-team ospitu. 

Greċja v Irlanda – Il- Greċja baqgħu jżommu l- ew­wel post meta ospitaw lill-Irlanda u rebħulhom 2-0 b’goals minn Anas­tasios Bakasetas (48) u Petros Mantalos (92).

Awstrija v Norveġja – Minn League B Grupp 3, l-Awstrija kisbu l-akbar rebħa tal-ġurnata meta laqgħu lin-Norveġja u għel­buhom bl-iskor ta’ 5-1.

L-iskorers kienu Marko Arnautovic (8, 49 pen), Philipp Lienhart (58), Stefan Posch (62) u Michael Gregoritsch (71) filwaqt li Alexander Sorloth (39) wieġeb għan-Norveġiżi.

Liechtenstein v Ġibiltá – Minn League D Grupp 1, il-partita bejn Liechtenstein u Ġibiltá spiċċat fi draw ta’ 0-0 fejn kellha  tmiem drammatiku hekk kif wara li Ġibiltá kellhom lil Dan Bent (92) imkeċċi, il-goalkeeper Bradley Banda salva l-penalty mogħti minn Nicolas Hasler ta’ Liechtenstein.

Polonja v Portugall – F’League A, Grupp 1, il-Portugall għamlu pass kbir lejn il-kwalifikazzjoni għas-semi-finali meta barra minn darhom għelbu lill-Polonja bl-iskor ta’ 3-1.

Il-goals waslu minn Bernardo Silva (26), Cristiano Ronaldo (37) u minn auto-goal ta’ Jan Bednarek (88).

Min-naħa l-oħra, Piotr Zielinski (78) ta l-impressjoni li l-Pollakki setgħu jsalvaw il-logħba meta naqqas il-marġni għal 2-1.

Serbja v Svizzera – Minn League A, Grupp 4, is-Serbja laqgħu lill-Isvizzera u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima minn auto-goal ta’ Nico Elvedi (45) u Aleksandar Mitrovic (61).

L-Isvizzeri fallew ċans tajjeb li jidħlu fil-partita meta fallew penalty permez ta’ Breel Embolo (72).

Spanja v Danimarka – Mill-istess grupp, Spanja għelbu lid-Danimarka bl-iskor minimu ta’ 1-0.

Minkejja li l-Ispanjol kienu l-aħjar team għal ħafna ħin, huma kellhom jistennew sad-79 minuta biex skorjaw l-uniku goal tal-partita minn Martin Zubimendi.

Ċipru v Rumanija – Ir- Rumanija baqgħu jżommu l-quċċata tal-klassifika ta’ League C, Grupp 2,  meta barra minn darhom għelbu lil Ċipru bl-iskor ta’ 3-0.

Kif jindika r-riżultat, ir-Rumeni ddominaw dan il-konfront bil-goals jaslu kollha fl-ewwel taqsima minn Dennis Man (16), Razvan Marin (25 pen) u Radu Dragusin (36).

Belarus v Irlanda ta’ Fuq – L-Irlanda ta’ Fuq żammew it-tamiet tagħhom ħajjin għall-promozzjoni meta f’partita minn League C, Grupp 3, huma marru l-Belarus u spiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport