Friday, December 13, 2024

UNL: L-Ingilterra megħluba, l-Italja miżmuma

Aqra wkoll

Meta beda jintlagħab l-ewwel programm tat-tielet ġurnata tal-UEFA Nations League, il-Greċja rreġistraw is-sorpriża tas-serata meta, f’Wembley Stadium, għelbu lill-Greċja bl-iskor ta’ 2-1. 

Italja v Belġju – Minn League A, Grupp 2, l-Italja ospitaw lil Belġju u ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 wara li ħadu vantaġġ doppju minn Andrea Cambiaso (1) u Mateo Retegui (24). Iżda t-tkeċċija ta’ Lorenzo Pellegrini (38) ħalliet l-impatt negattiv hekk kif il-Belġjani skorjaw darbtejn minn Maxim De Cuyper (42) u Leandro Trossard (62). 

Iżrael v Franza – Mill-istess grupp, barra minn darhom Franza għelbu lill-Iżrael bl-iskor ta’ 4-1, permezz ta’ Eduardo Camavinga (7), Christopher Nkunku, Matteo Guendouzi (87) u Bradley Barcola (89) filwaqt li Omri Gandelman (24) kiseb id-draw momentarju għall-Iżrael. 

Ingilterra v Greċja – Minn League B Grupp 2, kontra kull mistenni l-Ingilterra sfaw megħluba mill-Greċja bl-iskor ta’ 2-1. L-eroj tal-Griegi kien Vangelis Pavlidis (49, 90) li skorjaw doppjetta filwaqt li Jude Bellingham (87) wieġeb għall-Ingliżi. Il-Griegi kellhom tliet goals annullati għal pożizzjonijiet ta’ offside.

Norveġja v Slovenja– Minn League B Grupp 3, in-Norveġja ddominaw lis-Slovenja u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-0, bil-protagonista jkun Erling Haaland (7, 62) filwaqt li Alexander Sorloth (52) skorja l-goal l-ieħor. 

B’dawn iż-żewġ goals, Haaland sar l-aqwa skorer għal pajjiżu, b’total ta’ 34 goals,  fejn kiser ir-rekord ta’ Jorgen Juve li kien jilgħab fis-snin 20 u 30.  

Moldova v Andorra – Mill-grupp ta’ Malta, dak League D Grupp 2, il-Moldova għamlu pass għall-promozzjoni meta f’darhom għelbu lil Andorra bl-iskor ta’ 2-0, bl-iskorers ikunu Artur Ionita (31) u Maxim Cojocaru (92).  

Ekonomija

Sport