Saturday, December 21, 2024

UNL: L-Ingilterra promossi għal League A

Aqra wkoll

Meta bdiet tintlagħab is-sitt u l-aħħar ġurnata tal-UEFA Nations Lea­gue, l-Ingilterra ġew promossi għal League A wara li għelbu lill-Irlanda bl-iskor kbir ta’ 5-0.

Ingilterra v Irlanda – Fi Grupp B2, f’darhom l-Ingilterra ssuperaw lill-Irlanda bl-iskor ta’ 5-0 biex fl-edizzjoni li jmiss se ji­lagħbu f’League A.

Wara taqsima li fiha ma ndirizzawx xutt wieħed lejn il-lasti avversarji, wara l-mistrieħ it-Three Lions skojraw ħames goals mingħajr risposta, b’erba’ players iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers għall- ewwel darba.

Min-naħa tagħhom, l-Irlandiżi kkrollaw wara li tkeċċa Liam Scales (51) għal foul li kkommetta fuq Harry Kane (53) li rebaħ penalty u li minnu fetaħ l-iskor.

Il-goals l-oħra waslu minn Anthony Gordon (56), Conor Gallagher (58), Jarrod Bowen (76) u Taylor Harwood-Bellis (79) li kien ukoll qed jagħmel id-de­butt tiegħu.

Finlandja v Greċja – Il- Greċja marru l-Finlandja u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0 grazzi għal goals ta’ Anasta­sios Bakasetas (52) u Christos Tzolis (560 biex issa ji­­lagħbu fil-promotion play-off.

Il-Finlandiżi ġew relegati għal League C.  

Norveġja v Kazakhstan – In-Norveġja rebħu Grupp B3 meta għelbu lil Kazakhstan bl-iskor ta’ 5-0 b’ Erling Haaland (23, 37, 71) jirreġistra hat-trick bil-goals l-oħra jaslu minn Alexander Sorloth (41) u Antonio Nusa (.76)

Awstrija v Slovenja – L- Awstrija se jilagħbu fil-promotion play-off wara li temmew fi draw ta’ 1-1 kontra s-Slovenja.

Romano Schmid (27) fetaħ l-iskor għall-Awstrija filwaqt li Adam Gnezda Cerin (81) wieġeb għas-Sloveni.

Maċedonja v Faroe Islands – Il-Maċedonja rebħu Grupp C4 mingħajr telfa meta din id-darba huma għelbu lill-Faroe Islands bl-iskor ta’ 1-0 biex ġew promossi għal League B.

L-uniku goal wasal minn Bojan Miovski (62).

Latvja v Armenja – L-Armenja marru l-Latvja u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1 biex temmew fit-tieni post biex issa jilagħbu fil- promotion play-off.

Iż-żewġ goals waslu minn Eduard Spertsyan (48) u Artur Miranyan (74) filwaqt li Roberts Uldrikis (70) kiseb id-draw momentarju għal-Latvja li sfaw relegati għal League D.

Ekonomija

Sport