Sunday, November 24, 2024

UNL: L-Ingilterra se jilagħbu żewġ logħbiet f’Molineux

Aqra wkoll

Iż-żewġ logħbiet li jmiss tal-UEFA Nations League tal-Ingilterra f’darhom – kontra l- Italja u l-Ungerija – se jintlagħbu f’Molineux Stadium ta’ Wolves f’Ġunju.

Il-logħba kontra l-Italja se tintlagħab bil-bibien magħluqa wara l-inkwiet fil-finali tal-Euro 2020, meta ż-żewġ pajjiżi ltaqgħu f’Wembley fl-Lulju li għadda.

L-Ingilterra tilgħab kontra l-Italja nhar is-Sibt, 11 ta’ Ġunju, qabel iż-żjara tal-Ungerija nhar it-Tlieta, 14 ta’ Ġunju. Iż-żewġ logħbiet jibdew fid-9.45 pm.

“Aħna nieħdu pjaċir ħafna nieħdu l-iskwadra madwar il-pajjiż,” qal il-coach Gareth Southgate.

Se tkun l-ewwel darba li Wolverhampton jospita partita li tinvolvi lit-team nazzjonali tal-Ingilterra minn Diċembru tal-1956.

L-Ingilterra ġew ordnati mill-UEFA biex jilagħbu partita waħda mingħajr partitarji bħala kastig għall-inkwiet li seħħ f’Ġunju li għadda.

Minbarra l-Italja u l-Ungerija, it-team ta’ Southgate jinsab flimkien mal-Ġermanja fi Grupp A3.

It-Three Lions jibdew bi vjaġġ lejn Budapest biex jiffaċċjaw lill-Ungerija nhar is-Sibt, 4 ta’ Ġunju (6.00 pm) qabel ma jiltaqgħu kontra l-Ġermanja fi Munich, it-Tlieta, 7 ta’ Ġunju (19.45 pm).

Il-fażi tal-gruppi tan-Nations League se jitlestew f’Settembru qabel ma jibdew il-finali tat-Tazza tad-Dinja 2022 fil-Qatar f’Novem­bru li ġej.

Sport