Sunday, October 27, 2024

UNL: L-iskwadra tal-Bulgarija involuta f’inċident serju tat-traffiku

Aqra wkoll

L-iskwadra tal-Bulgarija kienet involtua f’inċident serju tat-traffiku ftit wara li waslet Georgia fejn għada kienet mistennija tilgħab partita bejn iż-żewġ pajjiżi valida mill-UEFA Nations League. 

Ix-xarabank li kienet qed iġġorr lill-players tilfet il-kontroll fil-belt kapitali, Tbilisi, bil-konsegwenza li l-midfielder, Todor Nedelev, kellu jittieħed l-isptar b’urġenza minħabba l-ġrieħi li sofra. 

L-FA Bulgara fi stqarrija kkonfermat li l-players tat-team nazzjonali kien involut f’inċident tat-traffiku. 

Ritratt: Twitter

Filwaqt li l-players sofrew minn xokk qawwi, Nedelev, inżamm l-isptar. 

Huwa lagħab 44 partita għal pajjiżu fejn proprju kien hu li skorja għall-Bulgarija fid-draw ta’ 1-1 kontra Ġibiltá, nhar il-Ħamis li għadda. 

Dan il-player ta’ 29 sena jilgħab ma’ Botev Plovdiv. 

Bħalissa l-Bulgarija tinsab fit-tielet post ta’ Grupp 3 ta’ din il-kompetizzjoni wara Georgia u l-Maċedonja. 

Sport