Meta ntlagħab it-tieni programm tat-tieni ġurnata tal-UEFA Nations League, l-attenzjoni kienet fuq l-Italja u Franza li għelbu lill-Iżrael u lill-Belġju rispettivament.
Iżrael v Italja – Fil-logħba li ntlagħbet f’Budapest, l-Italja għelbu lill-Iżrael bl-iskor ta’ 2-1. It-Taljani kienu l-aħjar ħin għal bosta ħinijiet u ma kienet l-ebda sorpriża li ħarġu rebbieħa.
Kien Davide Frattesi (38) li fetaħ l-iskor biex Moise Kean (62) irdoppja għall-Azzurri iżda xxx wieġeb għall-Iżrael.
Franza v Belġju – Franza insew id-diżappunt tat-telfa ta’ 3-1 kontra l-Italja meta għelbu lill-Belġju bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals jaslu minn Randal Kolo Muani (29) u Ousmane Dembele (57)
Montenegro v Wales – Barra minn darhom Wales għelbu lil Montenegro bl-iskor ta’ 2-1 biex irreġistraw l-ewwel rebħa.
Il-goals ġew skorjati kmieni fil-partita minn Kieffer Moore (1) u Harry Wilson (3) filwaqt li Driton Camaj (73) wieġeb għal Montenegro.
Norveġja v Awstrija – In-Norveġja laqgħu lill- Awstrija u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-1.
Kien Felix Horn Myhre (9) li fetaħ l-iskor għat-team ospitu iżda Marcel Sabitzer (37) kiseb id-draw għall-Awstrijaki.
Peró, is-solitu Erling Haaland (83) ta t-tliet punti lin-Norveġja.
Slovenja v Kazakhstan – Is-Slovenja kisbu rebħa ta’ 3-0 fuq il-Kazakhstan bil-protagonista jkun Benjamin Sesko (23, 28, 63) li skorja hat-trick.