L-Italja temmew fit-tielet post tal-UEFA Nations League meta f’Enschede għebu lill-Olanda bl-iskor ta’ 3-2.
Din it-telfa kompliet iżżid il-pressjoni fuq il-coach Ronald Koeman li jitkeċċa mill-kariga tiegħu.
Kienu t-Taljani li fetħu l-iskor fis-sitt minuta meta Mateo Retegui naqas li jikkonnettja b’rovexxjata biex il-ballun wasal għand Giacomo Raspadori li b’daqqa ta’ takkuna kompla lejn Federico Dimarco li b’xutt angolat fis-saqaf tar-rokna tax-xibka.
Fl-20 minuta, l-Azzurri rduppjaw meta Dimarco kellu xutt insidjuż imblokkat iżda l-ballun wasal għand David Frattesi li kkontrolla u mill-viċin ma żbaljax.
Fit-68 minuta, l-Olandiżi naqqsu l-marġni tal-iskor meta b’mod intelliġenti Steven Bergwijn għadda l-ballun minn bejn saqajn Dimarco qabel fajjar xutt għal ġox-xibka.
Madankollu, fit-72 minuta, it-Taljani reġgħu fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals meta qabeż lil Virgil van Dijk u ssorprenda għal kollox lill-goalkeeper Justin Biljow.
Fit-82 minuta, l-Olanda ħasbu li skorjaw iżda l-goal ta’ Wout Weghorst kien anullat għal offside millimetriku.
Peró, fid-89 minuta, l-Olandiżi skorjaw minn Georginio Wijnaldum wara li għeleb in-nasba tal-offside … iżda ma kienx fadal ħin biex setgħu jsalvaw il-partita.