Saturday, December 28, 2024

UNL: L-Italja jdawru telfa f’rebħa kontra Franza

Aqra wkoll

L-aqwa partita tat-tieni ġurnata tal-UEFA Nations League kienet il-konfront kolossali bejn Franza u l-Italja hekk kif it-Taljani dawru telfa f’rebħa bl-iskor ta’ 3-1.

Kienu Franza li fetħu l-iskor wara biss 25 sekonda meta indeċiżjoni ta’ Giovanni Di Lorenzo ppermettiet lil Bradley Barcola jisraqlu l-ballun u sammar il-ballun fis-saqaf tax-xibka.

L-Azzurri għamlu reazzjoni mmedjata u fis-sitt minuta kienu sfortunati meta ġew imċaħħda mill-mimduda mid-daqqa ta’ ras ta’ Davide Frattesi.

Iżda fit-30 minuta, huma kisbu d-draw meta azzjoni bejn Sandro Tonali u Federico Dimarco spiċċat b’dan tal-aħħar jixħet fix-xibka. U fil-50 minuta, huma marru fil-vantaġġ minn Davide Frattesi li kkonkluda mill-pass ta’ Sa­muele Ricci.

Imbagħad fl-74 minuta, Giacomo Raspadori ssiġilla r-rebħa meta evita lil William Saliba u xeħet fir-rokna tax-xibka.

Belġju v Iżrael – Il-Belġju kienu wisq tajbin għall-Iżrael biex ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1. Kien Kevin De Bruyne (21) li fetaħ l-iskor iżda Anan Khalaili (36) kiseb id-draw għall-viżitaturi.

Madankollu, il-Belġjani skorjaw darbtejn oħra minn Youri Tielemans (48) u De Bruyne (53 pen) filwaqt li Lois Openda (56) falla penalty.

Slovenja v Awstrija – Is-Slovenja u l-Awstrija spiċċaw fi draw ta’ 1-1. Benjamin Sesko (16 pen) fetaħ l-iskor għat-team ospitu filwaqt li Konrad Laimer (28) kiseb id-draw għall-Awstrijaki.

Islanda v Montenegro – L-Islanda irreġistraw rebħa tajba meta laqgħu lil Montenegro u għelbuhom  bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu minn Orri Steinn Oskarsson (39) u Jon Dagur Thorsteinsson (59).

Ekonomija

Sport